Attivitajiet

Ghafas ir-ritratt biex tidhol fil-gallery.

2007

 

 
 

L-Ewwel Tombla

 


 
 
Adorazzjoni & Hike Salib ta' l-Gholja

 
 
Iktar Ritratti Tan-Night Hike

 
 
Night hike

 
 
FINAL LAP

 
 
Live Update: LAP 4

 
 
Live Update: Ezercizzi - SZS

 
 
Live Update: Ezercizzi - SZA

 
 
Live Update: Ezercizzi 2007

 
 
LAP No.1 - Ezercizzi 2007

 
 
Hike il-buskett

 
 

Ix-xelter ta' Triq G. Penza


2006
 
 
  Pasta Night
 
 

 
 
  Disco - Millied 2006
 
 

 
 
   
  Hike f'Wied il-Kbir
   

 
 
   
 

Ix-xelter ta' Triq ir-Rixtellu

   

 
 
   
  Birzebbuga
   

 
 
   
  Night Hike
   

 
 
   
  Ikla ta' l-Anniversarju
   

 
 
   
  Gurnata l-Ghadira
   

 
 
   
  Lejla Maltija 2006
   

 

 
   
  Gurnata Ghawdex
   

   
  Barbeque San Thumas.

   
  Dan kien t-tieni disco organizzat mil-LuqaYouth Center. Alan Darmanin il-webmaster kien DJ ghal dan id-disco. Bhala nota generali kien wiehed mill-ahjar discos mzewwaq b'diversi muzika differenti.

 

 
 

Bhal ma` diga ghamilna sentejn ilu, din is-sena regghet saret Carwash. Din saret fit-3 u 4 ta` Gunju, pero din is-sena ma` saritx fil-pjazza izda saret quddiem ic-Centru ta` Hal Luqa. Gew madwar 25 karozza. Il-fondi kollha ha jmorru biex inkomplu naghmlu progetti godda ghal ghaqda taghna. Grazzi lil kull min attenda u ghinna.

 


 

 
 

Nhar il-gimgha 2 ta` Gunju il-grupp LYC, wara l-ezamijiet tal-MATSEC, marru l-Ghadira ghal bahar fis-7.30 ta` filghaxija. Grupp zghir ta` bniet qabel ma` morna preparaw xi panini biex johduhom maghhom. Kif waslu l-Ghadira, l-arja kienet naqra kiesha, madanakollu xorta kien hemm min niezel jghum! Wara li telghu ghamlu barbeque zghir u kulhadd ingabar qaqocca u qadu jiddiskutu.

 


 

 

 

F'Hamis ix-xirka iz-zghazagh tal-LYC marru fuq is-salib tal-gholja. Iz-zghazagh kienu qed iharsu bil-hegga ghal din l-attivita' peress li din kienet l-ewwel wahda tax-xorta taghha. F'rih ma jaqta xejn irrnexxielna naslu sa hdejn is-salib.

 


 

 

 

Bejn it-tlettax u s-sbattax ta` Marzu saru l-ezercizzi. Ghal din l-attivita` z-zghazagh tal-LYC bdew hidma estensiva fuq il-preparamenti minn kmieni.  Ghal dawn l-ezercizzi tqassmu il-fuq minn 1,400 poster go djar ta` Hal-Luqa bhal ma kienu tiga tqassmu is-sena ta qabel. Il-kapella regghet giet armata mill-grupp stess tal-LYC kif kien xieraq u addatat. Fr.Francois Mifsud kellu f`idejh dawn l-ezercizzi. Bla dubju Fr. Francois ma naqasx milli jghid xi cajt pero dejjem zamm il-kontroll biex l-ispirtu ta` l-ezercizzi, ta` talb ma tintilifx. L-attendenza ghal dawn l-ezercizzi kienet tajba, kienet hafna ahjar milli kellna s-sena ta` qabel.

 


 

 

 

Fis-7 ta' Jannar kienet l-ewwel attivita` ghal-2006. Iz-zghazagh flimkien ma Fr Norman u SrAlexandra Chirchop ghamlu gurnata f'palazz antik f'Wied Il-Ghajn. F'nofs inhar kellna quddiesa zghira u wara morna nieklu. Lejn l-ahhar ghamilna diskussjoni interessanti fuq il-hbiberija immexxija min Sr.Chirchop.

 


2005

 

 

 

Fis-16 ta` Dicembru LYC ghamlet l-ewwel Christmas Disco Party gewwa centru parrokjali. Id-disco kien success kbir fejn kulhadd ha pjacir. Nistghu nghhidu li zghazagh kollha attendew ghal dan id-disco tant mistenni. Prosit kbira tmur ghal Mark Formoza li kien id-dj ghal din l-attivita`. Nirringrazzjaw lil Matthew Vella kif ukoll lil Francois Cini li ghenu biex naghmlu din l-attivita`.

 


 

 

 

Gurnata ohra li ma ninsew qatt kienet il-gurnata bahar fil-bajja ta` l-Ghadira li morna fil-21 ta` Settmebru. Kwazi iz-zghazagh kollha attendew bi hgarhom ghal din il-gurnata. Tidher li kienet risqa biex tibda` l-iskola! Tul din il-gurnata ma naqsux konverzazjonijiet ta` liema hija l-aqwa festa` tar-rahal taghna. Bhas-soltu Fr.Norman Zammit gie tard ghal-attivita`. Il-kumitat jixtieq jghid li s-sena diehla ser jorganizza iktar attivitajiet bhal dawn.

 


 

 

 

Bla dubju ta` xejn l-iktar attivita` li kien ilhom isiru preparamenti kbar ghaliha kienet dik tal-“Lejla Hal-Luqija 2005” li giet mtella fl-20 ta` Awissu. Din saret fil-bitha kbira tac-centru parrokjali. Din il-“Lejla Hal-Luqija” harget tajba iktar milli wiehed kien qed jistenna. Daqs ghoxrin kantant u zeffin hadu sehem f`din l-attivita` inkluzi kantanti minn barra r-rahal taghna. Bla dubju ta` xejn l-iktar haga li serqet qlub dawk li kienu qed jarawna, kienet il-clips li kellna qabel kull item. Dawn kienu jikkonsistu minn xoghol audiovizwali dwar l-istorja ta` Hal-Luqa li dehru fuq l-iscreen l-abjad tal-park kif jixhdu r-ritratti. Min jixtieq jnizzel dawn il-prezentazzjonijiet jista` jsibhom fl-Storja ta` Hal-Luqa. LYC tixtieq tirringrazzja lil sponsors kollha li ghenu biex titla` din l-attivita`. Il-kumitat tal-LYC jwieghed li sena diehla ntelghu din llejla Hal-Luqija fiz-zuntier tac-centru biex tkun accessibli ghal kulhadd.

 


 

 

 

Fl-20 ta` Lulju iz-zghazagh li jattendu ic-centru marru hike minn Hal-Luqa sal-bajja sabiha ta` Birzebbugia. Il-mixja bdiet minn hdejn ic-centru parrokjali. Tul din il-mixja li hadet madwar saghtejn ma naqsux il-praspar. Dlonk indunajna min kien ilu ma jimxi. Dawn githom tajba ghax f`nofs il-mixja ahna u ghaddejjin minn hdejn Hal-Far ghada Fr.Norman u ghabba nofs il-grupp mieghu. Mhux ta` b`xejn isiru l-mirakli! Wara li wasalna fil-post Charlie Baldacchino ghamel Bar Bee Que. Nistghu nghidu li kienet esperjenza sabiha peress li kienet l-ewwel attivita` ghas-Sajf.

 


 

 

 

F`Marzu iz-zghazagh tal-LYC bdew estensiva fuq il-preparamenti ghal-ezercizzi. Ghal dawn l-ezercizzi tqassmu il-fuq minn 1,400 poster go djar ta` Hal-Luqa. Xi zghazagh hadu l-inizjativa biex narmaw il-kappella skond kif kien xieraq ghal dawn iz-zminijiet. Fr.Joseph Zahra kellu f`idejh dawn l-ezercizzi. Bla dubju Fr. Joseph ma naqasx milli jghid xi cajt. L-attendenza ghal dawn l-ezercizzi kienet tajba pero xtaqna li rajna iktar zghazagh.

 


 

 

 

L-ewwel attivita` ghal din is-sena kellha tkun hike li sar gewwa l-buskett. L-Mdina kien l-ewwel post li zorna. Bla dubju ta`xejn l-arkitettura ta` din il-belt mill-isbah fl-ewropa thallik msahhar. Wara zjara zghira lil din il-belt tlaqna bil-mixi lejn il-buskett. Il-gurnata harget tajba. Dan il-post aspira xi nies biex jiktbu xi zewg poeziji kollha botti lejn shabhom l-ohrajn!  

 

 

 

Site Requirements:

Flash Player 6.0+ | Internet Explorer 5.0+

Best Viewed:

1152 by 864 pixels

 

 

 

Copyright © 2005-6 L.Y.C.
All rights reserved. Reproduction in whole or in part without permission is prohibited.
Design:
Virtual Designs