NIPPREPARAW … BIEX NIGRU  -   Dan hu ir-Randan
 

Normalment meta nsemmu r-Randan infissru zmien biex nieqfu ftit mill-giri tal-hajja taghna ta’ kuljum u niffukaw ftit l-attenzjoni taghna fuq ir-relazzjoni taghna mal-Mulej l-aktar billi niffukaw fuq il-qalba tal-fidi nisranija: il-passjoni, il-mewt, u l-qawmien ta’ Kristu – il-Misteru ta’ l-Ghid. Pero’ eghziez zghazagh din is-sena nixtieq li nharsu u nghixu r-Randan bhala zmien ta’ PREPARAZZJONI biex NIGRU. 

Din minn fejn gibtha Father – Nigru? Mhux bizzejjed ghandna giri f’hajjitna?

giri sfrenat biex inlahhqu mal-hin.

    Biss biss jekk inharsu lejn il-genituri taghna naraw li hajjithom hi kkaratterizzata minn giri:

§         minn xoghol ghal xoghol;

§         minn qadja ghal ohra sew jekk id-dar u sew jekk fit-triq sew jekk ghand xi familjari;

§         ma’ hutna, jew sahansitra anke maghna, giri mill-iskola ghall-privatijiet, ghad-duttrina ghal xi talent bhalma huma l-muzika u z-zfin. 

     U ahna? Le m’ghandniex giri f’hajjitna?!:

  • minn privat ghal privat;
  • minn lezzjoni tal-banda ghall-laqgha taz-zghazagh;
  • minn xi hin ta’ studju jew assignment ghal xi harga mal-hbieb;
  • minn xi delizzju - bhal karozzi - ghal muzika;
  • minn website ghal ohra;
  • minn chatting fuq l-MSN ghal emails ghal SMS’s.;
  • u nistghu nibqghu nsemmu …

 

Iva, ghandna giri f’hajjitna. Imma nahseb li fiz-zghozija, ahna min ahna u indipendentement mis-sura u mill-gosti li ghandna, ghandna bzonn naghmlu GIRJA tajba, GIRJA bi skop car, allavorja forsi ma nafux fejn ser tehodna ezatt u x’ser tkun tirrikkjedi minna.

 

 

Site Requirements:

Flash Player 6.0+ | Internet Explorer 5.0+

Best Viewed:

1152 by 864 pixels

 

 

 

Copyright © 2005-6 L.Y.C.
All rights reserved. Reproduction in whole or in part without permission is prohibited.
Design:
Virtual Designs