Luqa Youth Center maghrufa sew bhala
LYC rat il-bidu taghha fis-16 ta’ Lulju 2003. L-ideja principali kienet ta’ Fr.
Norman Zammit. Fl-24 ta’ Settembru 2003 saret l-ewwel laqgha ufficjali
tal-kumitat fejn gie approvat l-istatut il-gdid. L-ewwel membri tal-kumitat
kienu Fr. Norman Zammit bhala direttur spiritwali, Antione Muscat bhala
chairman, Ian Ellul is-segretarju, James Aquilina l-kaxxier u Loretta Spiteri
bhala PRO. Peress li fil-bidu taghha l-LYC kellha ftit membri, rwol taghha
kien dak li tiehu hsieb il- quddies ta’ l-10.30am tal-Hadd.
Kull ma' beda jmur LYC bdiet tikber sew
fin-numru ta’ membri. Ghalhekk l-ghaqda bidet tkabbar l-attivitajiet
taghha. Fost dawn l-attivitajiet nsibu lljieli sajfin, car washes, parties ghal
membri, ezercizzi, hikes etc. Fuq talba generali taz-zghazagh gie organizzat l-ewwel
disco gewwa centru stess. Bla dubju ta' xejn il-kumitat flimkien mal-membri huma
kommessi li jziedu fl-attivitajiet bejn Ottubru u Dicembru.
Illum biss sentejn u nofs wara, LYC saret
wahda mil-ikbar ghaqdiet taz-zghazagh li hawn fir-rahal ta’ Hal-Luqa. Bla dubju
ta’ xejn bhalissa l-ghaqda ghaddejja minn tibdil shih internament biex tadatta
ghar-rejaltijiet il- godda. Pricipali fost dan it-tibdil insibu,
bidla fl-istatut u zghazagh godda fil-kumitat. Il-post il-gdid fejn jsiru
laqghat gie mbajjad dan is-Sajf. B'hekk il-membri tal-LYC ghandhom il-post li
jixraq ghal-laqghat u ghal-attivitajiet. Ta' dan nixtiequ nirringrazzjaw lil
kappillan Dun Joe Camilleri li alloka dan il-post. Il-kumitat huwa l-ghola awtorita` fl-LYC min fejn
jittiehdu d-decizjoniet. Mil-bidu taghha l-membri tal-LYC assiguraw li l-ghaqda
jkolla rapprezentanza fil-kunsill pastorali parrokjali u fil-kummissjoni zghazagh.
|