Matul is-sajf li ghadda infetah ix-xelter
ta’ zmien it-tieni gwerra dinjija fit-Triq ir-Rixtellu. Dan ix-xelter
huwa zghir fl-ghamla tieghu. X’aktarx dan kien wiehed mill-ewwel
xeltrijiet li thaffru fir-rahal ta’ Hal-Luqa. Fil-kunsill tal-gvern gie
msemmi peress li l-blat li kien tqatta’ mhux daqshekk b’sahhtu. Dan
stajna nikkonfermawh ahna stess ghaliex dan ix-xelter qieghed infurzatt
b’hitan tal-gebel. Fil-ktieb tieghu Rahal fi gwerra, Dun
Guzepp jghid li n-nies li kienu jistkennu f’dan ix-xelter kienu
jiggieldu ghal kull haga ta’ xejn u ftit li xejn kienu jikkoperaw ma’
xulxin. Nisperra li ssibu dawn ir-ritratti interesanti.
Alan
Darmanin u James Aquilina
|