Ix-xhelter ta' quddiem l-iskola-
Miktub: James Aquilina
 

Il-vizitaturi ta' din il-website inghataw l-opportunita` esklusiva li jaraw ritratti unici tax-xelter ta' quddiem l-iskola. Jien u l-webmaster Alan Darmanin konna qed naghmlu mixja madwar ir-rahal, meta ghal xi l-11 ta' filghaxija innutajna li fit-trinka li hemm quddiem l-iskola kien hemm bhal hofor kbar taht it-triq. Ghal bidu hsibna li kienet xi fossa. Il-kurzita kompliet sakemm fil-11.30pm morna ghal camera biex nigbdu xi ritratti biex nivverifikaw x'kien. Mil-ewwel ritratti li hadna ndunajna li kien hemm tarag. Dan kien jindika bic-car li din hija l-bokka tax-xelter. Fl-istess hin komplejna niehdu iktar ritratti u bdejna ninutaw iktar affarijiet. Jien u l-webmaster ftehmna biex nmorru nzuru dan ix-xelter f'xi 6.15am.

 
 
 
 
 
 

Fis-6.15 am konna fuq il-post.L-affarijiet bdew jidhru ahjar sakemm mara li kienet fil-bieb dak il-hin ikkonfermatilna li dan kien xelter li x'aktarx ghandu artal go fih. Fis-7.15am ergajna morna hdejn dan ix-xelter fejn iltaqjna mal-haddiema li kienu qed jahdmu fuq dan il-post. Wiehed mill-haddiema qalilna li ftit il-boghod hemm bokka ohra kif tistaw fir-ritratti ta' hawn taht.  Fl-istess hin ftehmna mal-haddiema biex ninzlu gewwa dan ix-xelter.

 
 
 
 
 
 

Fis-1.45pm wasal il-hin biex ninzlu gewwa xelter. Fix-xelter inzilna jien, Alan u Daniel Cauchi. Ghalkemm ma kienetx daqshekk facli biex tinzel irnexxielna naghmlu dan. Il-bokka tieghu tinzel madwar sular u nofs. Amont zghir tat-terapin jinsab gewwa it-tarag dan ix-xelter. Kif konna hemm isfel stajna naraw li dan ix-xelter ghandu l-istess problema ta' ilma bhal dik tal-pjazza. Ix-xelter fih kwantita` kbira ta' kmamar u maqtuh b'sena kbira kif tistaw tarw fir-ritratti. L-art ta' dan ix-xelter hija mimlija bl-livell zghir ta' tajn. 

 
 
 
 
 
 
 
 

Bhala nota ta' konkluzjoni nappella lil kunsill lokali biex jaghmel hafna iktar sforz biex-xelters pubblici li hawn gewwa Hal-Luqa jigu accessibli halli jkunu jistaw jitgawdew minn kulhadd. L-ghan ahhari wara dawn ir-ritratti kien propju biex nqajjmuiktar kuxjenza fuq il-patrimonju ta' Hal-Luqa.

Ritratti: James Aquilina u Alan Darmanin

 

 

Site Requirements:

Flash Player 6.0+ | Internet Explorer 5.0+

Best Viewed:

1152 by 864 pixels

 

 

 

Copyright © 2005-6 L.Y.C.
All rights reserved. Reproduction in whole or in part without permission is prohibited.
Design:
Virtual Designs