Il-Website

Ftit zmien ilu konna weghna li iktar tard din is-sena ser intellaw l-istatistika ufficjali tal-vizitaturi tal-website taghna. Mill-ewwel deher bic-car li l-website kienet ser tkun success. Ir-rizultati li gibna llum ma gewx b’kumbinazzjoni izda wara xhur ta’ hidma kontinwa li ghamilna b’kollaborazzjoni shiha mal-webmaster iddedikat Alan Darmanin. Bizzejjed insemmi li l-PRO, c-chairman kif ukoll il-direttur spiritwali jinaghataw r-rapport kull gimgha rigward l-andament fil-website.

Il-website taghna giet modifikata ghal aktar minn tlett drabiet tul din is-sena. L-updates li saru matul is-sena kienu ta’ ghajnuna kbira biex il-website tikseb il-popolarita` taghha. Hafna mill-attivitajiet li kellna f’din is-sena gew uploaded fuq il-website. Dan serva ta’ riklam tajjeb ghalina biex bhala grupp inkomplu nikbru.

Forsi hawn minn isaqsi li l-fuq il-guestbook ftit jiktbu nies. Din hija realta` izda ma jfissirx ghax ftit huma dawk li jiktbu fuq il-guestbook ma jidhlux nies. Anzi pjutost ghall-kuntrarju ta’ dan l-istatistika turi li hafna minn dawk li jkunu fuq l-internet jidhlu jaraw x’qieghed ghaddejj gewwa c-centru parrokjali. Ghal raguni jew ohra ftit huma li jhossu li ghandhom jiktbu.

L-istatistika turi bic-car li ma’ kull update gdid numru sew ta’ vizitaturi jidhlu jaraw x’qieghed jsehh. Il-website taghna qeda il-linkjata ma’ website ohra li din ta’ l-ahhar tipprovdi statistika dettaljata fuq l-attivita fil-website taghna.  Dan tistghu tarawh intom stess fl-istatistika migjuba lilkom f’dan l-artiklu. L-istatistika taghna hija wahda pjutost dettaljata tant li stajna naraw b’liema browser jidhlu dawk jzuruna. Din tfisser hafna ghalina ghaliex sfortunatament mhux fuq kull browser ikun kompatibli mal-website! Min naha taghna ahna urejna biss l-iktar statistika importanti.   

Kemm zaruha nies il-website din is-sena?

Sfortunatament ma nistghux nghidu bl-ezatt kemm dahlu nies din is-sena izda l-figuri juru sinjali ta’ inkoragiment. Minn April sa Novembru il-website kellha il-fuq minn minn 1545 vista. Izda in-numru mhux qieghed jinkludi ukoll numru ta’ vizitaturi li zaruna qabel mal-website giet linked mal-istatistika. Allura jkollna nghidu li l-fuq minn 2,000 vizitaturi zaruna tul din is-sena. Jekk wiehed jghati harsa lejn ic-chart hawn isfel isib tlett bar graphs b’kuluri differenti. Kien ikun facli hafna ghalina li kieku rajna il-page loads ghax x’aktarx f’dak il-kaz konna naqbzu 4000 visti!!!! L-iktar statistika importanti ghalina kienet dik li hija mnizzla bhala “unique visitors”. Din turi bic-car kemm verament dahlu nies matul is-sena li gahddiet. Fir-rigward tar-“returning visitors” l-istatistika turina li hemm numru sew ta’ nies li jzuru l-website diversi drabi. Iktar statistika dettaljata ser tigi spejagata iktar tard. L-iktar mument glorjuz tal-website taghna kien meta ghal ewwel darba urejna ir-ritratti tax-xelter ta’ quddiem l-iskola. Kienet strategija originali li ghenet biex il-website tkompli tikseb popolarita` tajba hafna.

 

 

Mill-liema lokalitajiet huma il-vizitaturi tal-website?

Hija b’mod naturali li dawk li l-iktar izuru il-website taghna huma Hal-Luqin. Wara kollox ic-centru ghaz-zghazagh huwa ibbazat f’Hal-Luqa stess. Bhala kumitat ma ridniex biss li l-website tigi segwita biss mill-Hal-Luqin. Skond l-istatistika taghna 43% huma Hal-Luqin segwita miz-Zurrieq bit-23% u l-Mosta b’ 10%. Dawn huma il-lokalitajiet li fihom il-PRO taghmel avizzi tal-updates li nkunu telajna. Sfortunatament 9% ta’ dawk li jzuru il-website taghna ma nafux mill-liema lokalitajiet jidhlu minhabba ragunijiet ta’ networking.

 

 

 

 

 

 

 

 

Fatt interesanti huwa li l-website ghandha numru zghir ta’ vizitaturi mill-Italja kif ukoll minn Sydney. X’aktarx il-links minn website ohrajn jaghmel tajjeb biex jzuru l-website taghna.

 

Kemm jdumu jaraw il-website?

Il-hin ta’ dawk li jidhlu jaraw il-website taghna huwa relativament qasir hafna. Din hija trend kwazi f’ diversi websites. Tul dan l-ahhar xhur kellna iktar r-ritratti tal-attivitajiet milli artikli. Allura dawk li zaru il-website ma tantx damu biex jaraw dawn ir-ritratti. Jista’ jkun ukoll li hemm numru sew ta’ vizitaturi li jidhlu kuljum biex jaraw jekk hemmx updates godda. Allura dan ghandu efftett kbir fuq l-istatistika globali. Ic-chart hawn isfel turi b’mod dettaljat il-hin li wiehed jdum fuq il-website taghna.  

Dawk li zaruna, komplew jzuruna?

Kwazi ftit inqas min nofs ta’ dawk li zaruna regghu zaruna ghal diversi drabi ohrajn. Madwar 27% zaru il-website taghna ghal inqas minn hames darbiet. Daqs 11% zaru l-website taghna bejn hames u ghaxar darbiet. Din il-figura hija segwita ukoll minn 8% li zaru l-website taghna ghal aktar minn ghaxar darbiet. Il-kumplament tal-vizitaturi zaru l-website taghna darba biss.

 

 

Konkluzjonijiet

Fid-dawl ta’ dawn ir-rizultati zgur jaghmlu kuragg biex nkomplu nahdmu biex il-website tkun iktar popolari. Is-sagrificcju li sar tul l-ahhar sena li giet uploaded saraf f’rizultati konkretti. Ir-rizultati li ksibna matul is-sena jigu monitored kontinwament fil-kumitat. Ringrazzjament specjali ukoll imur lil dawk li taw pariri teknici fuq il-website u lil dawk li kitbu l-artikli interesanti. Bhalissa il-webmaster flimkien mal-kumitat qeghdin f’diskussjonijiet biex is-sena d-diehla jkollna website gdida b’iktar professjonalita`.  Fl-ahhar nixtiequ nirringrazzjaw lil dawk il-websites li ziedu l-link taghna mal-website taghhom kif ukoll lil websites li taw l-opportunita` naghmlu l-avvizi fil-guestbooks taghhom.
 

 

 

Site Requirements:

Flash Player 6.0+ | Internet Explorer 5.0+

Best Viewed:

1152 by 864 pixels

 

 

 

Copyright © 2005-6 L.Y.C.
All rights reserved. Reproduction in whole or in part without permission is prohibited.
Design:
Virtual Designs