L-esperjenza ta’ volontarjat għal madwar ħmistax il-tfajla fosthom tliet
membri ta’ l-LYC bdiet nhar it-30 ta’ Ġunju ta’ l-2005. B’qalb waħda u għan
wieħed irħejnielha lkoll biex inqattgħu u nagħtu minn ħinha u saħħitna ftit
xogħol ma’ nies bla dar magħrufa aħjar bħala ‘homeless’.
Ix-xogħol tagħna kien jikkonsisti f’diversi ħidmiet. Il-mensa li konnha
naħdmu ġo fiha kienet dik tal-Caritas. Filwaqt li filgħodu, taħt
is-superviżżjoni ta’ Sr. Teresa Tonna u Sr. Salvina Bezzina, konnha nduru
postijiet ta’ nteress madwar Ruma, minn wara nofs in-nhar sa filgħaxija
ħsiebna kien ikun biex ngħinu lil dawn in-nies. Ġo din il-mensa konnha
naħslu l-imwejjed, l-art u trajs, inqassmu l-ikel u noqogħdu mar-reception
fost xogħolijiet żgħar oħrajn.
Il-post fejn konnha noqogħdu u norqdu kien parti minn dar li fiha stess
kienu joqoghħu nies bla dar u għalhekk tassew konnha qegħdin ngħixu
esperjenza ta’ faqar mal-foqra. F’dan l-istess post ukoll kien hemm ħtieġa
ta’ għajnuna u għalhekk kuljum tnejn minnha kien joffru ngħinu f’dan il-post
u kif ukoll innaddfu l-post fejn konnha noqogħdu.
Din l-esperjenza u l-ġrajjiet kollha kemm komiċi u kif ukoll kommoventi
marbutin magħha żgur li ma nistgħu ninsewhom qatt. Jien Leanne f’isem
Jessica u Francesca nħeġġu lil kull min ikollu l-opportunita’ biex jagħmel
esperjenza bħal din biex jaħtaf l-okkażjoni għax esperjenzi bħal dawn
għandhom mnejn jiġu darba iżda ma jintesew qatt!!
Leanne Ellul
|