NIPPREPARAW BIEX NIGRU  -   Dan hu ir-Randan

 

Normalment meta nsemmu r-Randan infissru zmien biex nieqfu ftit mill-giri tal-hajja taghna ta’ kuljum u niffukaw ftit l-attenzjoni taghna fuq ir-relazzjoni taghna mal-Mulej l-aktar billi niffukaw fuq il-qalba tal-fidi nisranija: il-passjoni, il-mewt, u l-qawmien ta’ Kristu il-Misteru ta’ l-Ghid. Pero’ eghziez zghazagh din is-sena nixtieq li nharsu u nghixu r-Randan bhala zmien ta’ PREPARAZZJONI biex NIGRU. 

Din minn fejn gibtha Father Nigru? Mhux bizzejjed ghandna giri f’hajjitna?

giri sfrenat biex inlahhqu mal-hin.

    Biss biss jekk inharsu lejn il-genituri taghna naraw li hajjithom hi kkaratterizzata minn giri:

  • minn xoghol ghal xoghol;

  • minn qadja ghal ohra sew jekk id-dar u sew jekk fit-triq sew jekk ghand xi familjari;

  • ma’ hutna, jew sahansitra anke maghna, giri mill-iskola ghall-privatijiet, ghad-duttrina ghal xi talent bhalma huma l-muzika u z-zfin. 

     U ahna? Le m’ghandniex giri f’hajjitna?!:

  • minn privat ghal privat;
  • minn lezzjoni tal-banda ghall-laqgha taz-zghazagh;
  • minn xi hin ta’ studju jew assignment ghal xi harga mal-hbieb;
  • minn xi delizzju - bhal karozzi - ghal muzika;
  • minn website ghal ohra;
  • minn chatting fuq l-MSN ghal emails ghal SMS’s.;
  • u nistghu nibqghu nsemmu

 

Iva, ghandna giri f’hajjitna. Imma nahseb li fiz-zghozija, ahna min ahna u indipendentement mis-sura u mill-gosti li ghandna, ghandna bzonn naghmlu GIRJA tajba, GIRJA bi skop car, allavorja forsi ma nafux fejn ser tehodna ezatt u x’ser tkun tirrikkjedi minna.

Ghalhekk, qabel ma nghidilkom x’girja jehtiegilna naghmlu, ha nghidilkom kif ghandna bzonn inhejju ruhna u nippreparaw sew ghal din il-GIRJA, ghax jista’ jkun li taqtghalna nifisna bhal hafna giri iehor, li jista’ jferrahna ghal mument imma mbaghad idejjaqna. 

Kif? Billi, fuq il-parir tal-Kelma ta’ Alla stess li tinqara f’Ras ir-Randan, specjalment fid-dawl ta’   Mt 6:1-16, niffukaw fuq 3 elementi essenzjali li rridu nezaminaw lilna nfushom fuqna dan ir-Randan:-

1.         Ezercizzju: Karita’  

o   Mt 22:37 - “hobb lil Mulej Alla tieghek  b’qalbek kollha, b’ruhek kollha, u b’mohhok kollu”

Tajjeb li naraw qalbna u mohhna fejn qeghdin u nuru rispett lil min hu qrib taghna, ibda mill-familjari u l-hbieb taghna.

o   1 gw 3:18 - “Uliedi ma nhobbux bil-kliem u t-tpacpic, imma bil-ghemil u bil-verita’”

U x’ifisser dan ghajr li nevitaw l-ghazz, il-hela ta’ hin, u l-kliem fil-vojt u ncaqalqu idejna u mmattru saqajna biex:

i.    niehdu l-istudji, l-impenji u x-xogholijiet bis-serjeta’;

ii.   fejn u skond kif nistghu nghinu lil xi persuna li titlobna pjacir bhal xi hin biex nitkellmu maghha u nisimghuha;

iii.  inkunu nies li nilqghu b’responsabbilta’ u maturita’ lil zghazagh ohra fil-grupp taghna u mhux nimxu bil-prattika tal-klikek.

2.         Vitamini: Talb  

o   Mt 22:37 - “hobb lil Mulej Alla tieghek  b’qalbek kollha, b’ruhek kollha, u b’mohhok kollu”

Il-Mohh, flimkien mal-hin u l-attitudni taghna, huwa importanti wkoll biex l-ewwelnett nevitaw hsibijiet fiergha u pregudizzji fuq ta’ madwarna, izda wisq aktar biex inrawwmu fina u fil-progetti kollha taghna, ikunu xi jkunu, il-hsieb ta’ Alla u tat-tjieba tieghu.

o   Salm 81:9 - “Israel, mhux li kont tismaghni!”

L-gherf u l-vera maturita’ l-aktar li jispikkaw fina huwa meta naghrfu nibqghu pass lura mid-diskors u ninvestu f’widna tajba u sensittiva li:

i.    tinjora kliem bla sens u mhux xieraq flimkien ma’ qlajjiet fuq l-ohrajn;

ii.   tisma’ il-Kelma ta’ Alla u ta’ dawk ta’ madwarna u thalli l-messagg tieghu jidhol f’mohhna u f’qalbna biex inkunu nistghu nirrisponduh bi kliem u gesti onesti sincieri.

 

3.         Dieta bilancjata: Sawm  

o   Mt 6:22 - “Jekk ghajnek hija safja, gismek kollu jkun imdawwal”     

Il-Ghajnejn huma t-twieqi tal-qalb jghidilna qawl Malti. U tassew hekk hu. Ghalhekk irridu naraw li ghajnejna ma jinqabdux f’hars nieqes minn rispett u mhabba, u spettakli l-aqwa li nidhru cool li ma jibnuniex ghax huma bbazati fuq l-egoizmu. Fuq kollox irridu nitghallmu l-attitudni li nharsu lejn id-dinja, l-affarijiet u l-persuni b’ghajnejn safja u fit-tajjeb.

o   Mk 7:24 - “Effeta ..., Infetah ...”

Xi hadd qal: Alla ghamel 2 sillaturi lill-ilsienna is-snien u x-xofftejn biex tassew meta jintuza, jintuza kemm jista’ jkun b’responsabbilta’. Ghalhekk meta nifthu l-Fomm taghna irridu naraw li:

i.   innaqsu mid-doza ta’ tgergir u gieli anke kliem hazin fuq min ma jaqbilx maghna jew igieghelna nsofru;

ii.   inzidu fid-doza ta’ talb, kemm personali, kemm ma’ shabna jew fil-familja, u kemm fil-knisja.

o   Salm 118:103 “Kemm hi helwa l-weghda tieghek, Mulej!”

Izda b’fommna mhux biss nitkellmu imma ntghomu wkoll.  Ghalhekk tajjeb li nitrazznu ftit:

i.        fl-ikel u napprezzaw aktar l-isforz biex issajjar l-ikel minn tad-dar;

ii.      fil-ftahir u fl-esibizzjonizmu jew anke fin-nuqqas ta’ low self-esteem;

iii.    fil-hinijiet ezagerati nicchatjaw bl-MSN jew l-SMS jew quddiem it-televixin, ecc.

U dan naghmluh biex ikollna il-possibilta’ u l-hin biex induqu, niggustaw u nxandru b’dak li naghmlu l-Kelma ta’ Alla.

Personalment inheggigkom biex infittxu hin halli naqraw xi vers jew silta qasira mill-Evangelju kuljum. U dan nistghu naghmluh billi nfittxu xi sites li per ezempju jaghtuna l-Evangelju tal-gurnata u xi riflessjoni qasira fuqu.  

U b’din il-preskrizzjoni ejjew nippreparaw ruhna sew halli nkunu nistghu naslu ghal mument ta’ Ready, Steady, Go (Ezerizzi zghazagh 2007) u hekk inkun lesti tassew ghall-GIRJA li rridu naghmlu.  Biex tkunu tafu liema GIRJA stennew l-artiklu tal-gimgha Mqaddsa u l-Ghid.

Sa ma nergghu niltaqghu: barka, sliem, u sahha, specjalment ghal dan ir-RANDAN.

Fr David Farrugia

 

 

Site Requirements:

Flash Player 6.0+ | Internet Explorer 5.0+

Best Viewed:

1152 by 864 pixels

 

 

 

Copyright © 2005-6 L.Y.C.
All rights reserved. Reproduction in whole or in part without permission is prohibited.
Design:
Virtual Designs