Fl-1912 Sir Temi Żammit, direttur tal-Mużew ta’ l-Arkeoloġija, tabib u
arkeologu, iddokumenta sew il-katakombi Paleo-Kristjan ta’ Ħal Resqun,
fil-limiti tal-Gudja.
Meta konna tfal, sikwit konna mmorru nilagħbu fil-kampanja fil-limiti
tal-Gudja magħrufa bħala l-inħawi ta’ Ħal Resqun. Hemmhekk kien hemm
il-katakombi ta’ Ħal Resqun. Kien hemm daħla rqiqa mibnija bil-ġebel u
magħluqa b’bieb tal-ħadid li normalment kien ikun sgassat u għalhekk
wieħed seta’ jidħol fih faċilment.
L-iskola dak iż-żmien kienu jgħidulna li fil-katakombi kien hemm xbieha
tal-pelikan, għasfur magħruf li jitma’ liż-żgħar tiegħu billi jagħtihom
laħam minn ġismu stess. Ta’ tfal li konna, konna sikwit nimmaġinaw
lill-Insara mistoħbijin waqt il-persekuzzjonijiet. Diversi artikli u
riċerka llum jagħtuna stampa aħjar ta’ Ħal Resqun.
L-istoriku Mario Buhagiar fil-MELITA HISTORICA jikteb hekk dwar
it-tinqix u t-tpenġija ta’ Ħal Resqun:
“The
iconography of the allegorical birds and animals of the Maltese
catacombs deserves special attention. Most are hybrid creatures whose
species are difficult to determine. The finest example comes from a
small hypogeum at Hal Resqun in the neighbourhood of the Malta
International Airport. Here two hybrid creatures are busily feeding a
fledgling in the arched space above main entrance of the sepulchre. The
iconography seems to recall the well known early Christian allegory of
the pelican feeding its young but the two creatures, although apparently
birds, present, on closer inspection, a number of queer peculiarities.
One of them wears a branched horn like a stag’s antler, while the other
has an apparent tail and four legs. Were they meant to represent
pelicans and stags at the same time? Both animals were important in the
early Christian repertory of images.”
Melita Historica New Series. 12(1998)3(221-238) [p.221] The
Iconography of the Maltese Rock-Tombs Punico-Hellenistic,
Paleochristian and Byzantine by Mario Buhagiar.
Meta kont
tfal jien, ma kienx hawn kuxjenza dwar il-wirt storiku tagħna. Bħal
ħafna fdalijiet oħra, Ħal Resqun sofra minn telqa, abbandun u anke ħsara.
Ġo fih wieħed seta’ anke jara “main” ta’ l-ilma tal-vit. Meta saret ir-runway
il-ġdida ta’ l-ajruport fis-sebgħinijiet, l-għelieqi kollha ta’ madwar
Ħal Resqun ittieħdu għat-terminal il-ġdid ta’ l-ajruport. Il-katakombi
spiċċaw f’nofs ir-roundabout li tagħti għall-mina ta’ Ħal Kirkop u
ntilfu. Fl-2006 din it-triq inqalgħet biex tingħata wiċċ ġdid. Hawn reġa’
nkixef il-katakombi ta’ Ħal Resqun.
Biex
Ħal Resqun ma jintesiex, issemmiet triq fil-Gudja b’dan l-isem.
Il-katakombi ta' Ħal
Resqun huma ta' interess partikolari għall-arkeoloġija Maltija. Fihom
insibu:
(a) dekorazzjonijiet u disinji fuq stil Ruman, fosthom numru ta' kolonni
li huma mnaqxa fuq il-blat tal-katakombi
(b) żewġ xeni mnaqxa fil-blat li jinkludu kemm figuri tan-nies kif ukoll
ta' annimali.
Wara
s-sejba mill-ġdid tal-Katakombi fl-2006, uffiċċjali mis-Superintency of
Cultural Heritage żaru s-sit, ikkonfermaw li Ħal Resqun instab fi stat
tajjeb ħafna u qed jaspiraw li dawn il-katakombi jiġu ippreservati aħjar
għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Awtur: Tony Pace
|