Il-Ftuh Ufficjali Tac-Centru Ghall-Ewwel Ta’ Gunju


Fil-laqgha ta' nhar il-Hamis 12 t' April il-kumitat qabel li l-post fejn jiltaqghu iz-zghazagh ser ikun miftuh ufficjalment fl-1 ta' Gunju 2007. Sena u nofs ilu il-kappillan Dun Joe Camilleri laqa’ it-talba tal-LYC biex ikollna post specifikament ghaz-zghazagh. Ftit jiem wara li l-kappillan allokka dan il-post bdew isiru laqghat zghar biex iz-zghazagh jibdew jiffamiljarizaw ruhhom mal-post. Kien f'Settembru meta l-istess kumitat ha decizjoni biex il-post isirlhu refurbishment li tant kellu bzonn. L-ewwel fazi ta' dan il-progett damet sejra sa' Novembru ta' dik is-sena.

It-tieni fazi tal-progett kompliet f'Ottubru li ghadda meta tlett zghazagh tac-centru komplew isebbhu l-post. F'din il-fazi bdiet il-hidma fuq iz-zebgha tal-bibien u twieqi, purtieri godda u dehra gdida lil ghammara tal-post. Dan kien xoghol li gie jiswa mijjiet tal-liri li gew finanzjati mil-ghaqda stess.

Ghal din l-okkazjoni qeghdin nahsbu biex ikun cerimonja ufficjali tat-tberiek li ghalija ser ikunu mistiedna l-kleru, l-kunsill lokali flimkien mal-ghaqdiet kollha tar-rahal. Gewwa c-centru ukoll ser titella` esebizzjoni permezz ta' stands apposta. Dak inhar stess ser tkun imzanzna ghal-ewwel darba il-website il-gdida tal-LYC.

Kumitat Luqa Youth Centre

 

 

Site Requirements:

Flash Player 6.0+ | Internet Explorer 5.0+

Best Viewed:

1152 by 864 pixels

 

 

 

Copyright © 2005-6 L.Y.C.
All rights reserved. Reproduction in whole or in part without permission is prohibited.
Design:
Virtual Designs