Tarbija fost iz-zghazagh: Piz bla sens jew Sfida?


Rega’ wasal il-Milied, u jekk qabel, bhala tfal, konna nakkuntentaw ruhna naraw xi presepju jew xi Bambin u niehdu sehem fil-purcissjoni tal-Bambin, nohrgu ma’ tal-familja u nmorru xi party adatt ghat-tfal, issa le.
Issa l-Milied zgur li ha sinjifikat differenti u ma nahsibx li nkun sejjer wisq zbaljat jekk issa ghalikom l-adolexxenti u z-zghazagh dan iz-zmien sar sinonimu ma’ shopping, discoes, parties, ikliet u divertiment simili. Insomma attivitajiet li jlaqqghuna aktar mal-hbieb, li jghinuna inhossuna xi ftit aktar liberi, minghajr irbit: l-aqwa li niddevertu.

Imma ejja nghidu l-verita’, x’Milied ikun jekk il-Milied inhalluh biss fuq dan il-livell, ta’ attivitajiet socjali udivertiment sfrenat? Nahseb li nkunu qed infaqqru sew is-sens tal-Milied u inkunu hallejnieh jitlef it-toghma ghax dawn l-affarijiet kollha qed naghmluhom matul is-sena, biss b’inqas frekwenza.

Mela kif ahna bhala zghazagh nistghu nghixu il-Milied? U fuq kollox kif ta’ din l-eta’ nistghu naghrfu ir-relevanza tat-tarbija ta’ Betlehem jekk ghadna f’salib it-toroq, forsi ftit mohh ir-rih, bilkemm responsabbli taghna nfusna minkejja li rriduha ta’ kbar, ahseb u ara responsabbli tar-relazzjoni taghna ma’ din it-tarbija, dipendenti totalment minn haddiehor!?

Dan kollu jidher piz u xi haga li ma tghoddx ghalina ghax ma taqbilx ma’ l-interessi taghna. Imma, ippremettuli nmur ftit kontra l-kurrent ghax pjuttost hawn jien nara sfida qawwija li ma jaqbillix li ma nidhliliex ghax jekk nimpenja ruhi, allura iva inkun kapaci nikber ftit iehor.

Tarbija fost iz-zghazagh: Sfida! Hekk hu.

Imma fiex tikkonsistidin l-isfida? Huma diversi elementi li jsawwruha ghax nistghu naraw lil {esu’ tarbija bhala xi  hadd li qed jitlob minna li:

  • Ma narmux il-passat taghna: ghax qed nikbru nahsbu li lhaqna xi haga u nibdew naraw kollox u lil kulhadd ikrah, ghax issa sirna aqwa u ahjar;
  • Naghrfu l-kwalitajiet taghna u npogguhom ghas-servizz ta’ min qed nghixu u nhabbtu wiccna mieghu sew jekk familja, sew jekk hbieb, sew jekk qed nahsbu biex nibdew nghixu relazzjoni b’certa serjeta’;
  • Nikbru f’dik li hija responsabbilta’ u accountability;
  • Bhalu nkunu xi ftit siekta u noqghod attenti ghad-diversi metodi ohra ta’ komunikazzjoni li mhumiex sempliciment kliem, imma aktar ibbazati fuq gesti u espressjonijiet.
  • Niehdu b’serjeta’ l-prezent li qed nghixu fih allovorja dan ikun qed jirrikjedi certu ammont ta’ sagrificcju.
  • Ma nibzghux mill-futur li forsi jidher incert u iebes imma nharsu lejh bhala avventura li ser tghinna biex nifhmu lil haddiehor u lilna nnifisna;
  • Ma nikkuplikawx il-hajja, specjalment l-hajja spiritwali taghna ghax jaffaxxinana dak li hu okkult u misterjuz - Alla sar bniedem biex jifhimna aktar u jghinna.  Jinqeda bis-semplicita‘ u jridna nkunu kuntenti b’dak li tassew ahna u mhux b’dak li nimmaginaw u jidhrilna li hu tajjeb.

Iva, f’{esu’ Bambin, it-tarbija ta’ Betlehem nara din l-isfida ghall-adolexxenti u z-zghazagh. Jalla ghalhekk naghrfu nilqghu din l-isfida b’sincerita’ u onesta minghajr ma ninhbew wara subghajna u nkunu qed inhallu dan il-Milied jghaddi minghajr ma nkunu ltqajna xejn ma min suppost ghadna niltaqghu, ma’ Kristu li sar bniedem ghalina, ghalija u ghalik, biex inkunu nistghu nimxu fuq il-passi tieghu.

Nawgura Milied qaddis u sena mimlija sahha u gid lil kulhadd, specjalment lil membri tal-Luqa Youth Centre.    

Fr David Farrugia

 

 

Site Requirements:

Flash Player 6.0+ | Internet Explorer 5.0+

Best Viewed:

1152 by 864 pixels

 

 

 

Copyright © 2005-6 L.Y.C.
All rights reserved. Reproduction in whole or in part without permission is prohibited.
Design:
Virtual Designs