Hija haga tassew pozittiva li fil-parrocca taghna ta` Hal- Luqa ghandna
centru fejn qed jiltaqghu b`mod regoli l-adolexxenti u z-zghazagh taghna.
Matul il-hidma pastorali tieghi mhux l-ewwel darba niltaqgha ma` genituri li ghandhom uliedhom li qed joqorbu ghal erbatax-il sena, u
dawn juru l-preokkupazzjoni taghhom minhabba li wliedhom resqin lejn
iz-zmien sabih u fl-istess hin difficli ta` l-adolexxenza/zoghzija.
Bosta genituri jibzghu minn dan iz-zmien, u ma naghtihomx tort! Jisimghu
hafna affarijiet negattivi.
Kulhadd jaf li din hija etac daqsxejn difficli bejn
minhabba d-diffikulta ta` l-ghazla li ghandhom quddiem wicchom dawn
l-adolexxenti/ zghazagh, u bejn il-fatt li jkunu jhossuhom qed jikbru u
jkunu jixtiequ daqsxejn liberta` aktar u anke minzabba is-sens ta`
awtonomija li tkun qed tinbet fihom li huwa fl-ahhar mill-ahhar huwa
sinjal li qed jikbru u li mit-tfulija ser jghaddu ghall-adolexxenza/zogh
zija.
Preokkupanti huwa l-fatt li meta titkellem ma whud
mill-genituri, kif gieli grali fi zmien it-tberik, jesprimu ruhhom qisu
go Hal-Luqa m`hawn xejn ghall dawn l-adoexxenti u zghazagh. Fil-fatt
hija xi haga li tassew twegghani, meta niftakar li dehlin fit-tielet
sena minn meta bdejna nlaqghu il-grupp ta` adolexxenti u zghazagh
fic-centru Parrokkjali, u hafna ghadhom l-anqas jafu bih, minkejja
l-web-site u t-tahbit l-iehor biex nasslu nheggu aktar adolexxenti u
zghazagh biex jattendu.
Nifhmu wkoll li fl-eta li jkunu ghaddejjin minnha dawn
l-adolexxenti/zghazagh mhux la kemm taqbad u tghidilhom biex jattendu.
F`dan iz-zmien ta` hajjiethom ikunu jghatu kaz hafna tal-hbieb, il-famuz
peer group, u jekk ma jattendux shabhom jew il-klikka taghhhom, jew xi
hadd li jafuh ma jattendux huma. Fil-fatt ninnutaw li hafna drabi
il-hbieb jigbdu hbieb ohra.
Bhala l-persuna responsabbli tal-gruppi tal-adoexxenti u
zghazagh f`din il-parrocca, nixtieq ninforma lil genituri li l-grupp
flimkien mieghi u ma` animaturi imharga fix-xoghol taghhom qed Niltaqghu
darba f`{imgha ghal-laqgha ta` formazzjoni kristjana li tkun fit-8.30
ta` filghaxija. Forsi jkun hemm min jghid li ftit wisq, u ohrajn jghidu
li tard wisq, imma tajjeb li niftakkru li dwar il-hin ma nistghu naghmlu
xejn minhabba l-ammont ta` mpenji li jkollhom iz-zghazagh b`mod spezjali
fi privatijiet. Dwar il-fatt li niltaqghu darba f`gimgha nhobb insemmi
l-fatt li c-centru m`ghandux iservi ta` zmien ta` sfrattu. Ic-centru
tal-parrocca huwa centru ghall-formazzjoni kristjana/ holistika
tal-adolexxenti/zghazagh taghna. Dan ifisser li fil-waqt li jigu hemm
biex jiltaqghu flimkien, madankollu kollu jkollhom laqghat imhejjija
apposta ghall-eta` taghhom, ghall-bzonnijiet kollha taghhom bi spirtu
kristjan… laqghat li jghinuhom jikbru f`adulti maturi, responsabbli
b`Alla c-cenrtu ta` hajjithom.
Bhalma jafu l-istess
adolexxenti/zghazagh anke kelliema mharrga fix-xoghol taghhom mal-adolexxenti/zghazagh
gew mistiedna ghall-laqghat. Dan sar u jkompli jsir bil-ghan li naghtu
kemm jista` jkun l-ahjar formazzjoni lill-adolexenti/zghazagh taghna.
Barra dan, qed issir ukoll quddiesa nhar ta` Hadd,fil-10.30 ta` filghodu,
animata mill-istess grupp li ghaliha kulhadd huwa mistieden. Din
il-quddiesa bil-preparazzjoni kollha taghha: kant u talb, hija r-rigal
ckejken li dan il-grupp qed jaghmel hiltu biex joffri lill parrocca
taghna.
F`dan iz-zmien l-adolexxenti/zghazagh suppost huma mpenjati hafna
bl-istudju, anzi huma fid-dmir li , jiehdu hsieb jistudjaw u jmorru
preparati sew kemm l-iskola kif ukoll ghall-ezamijiet. Ma tantx iddoqqli
sabih li nisma` li tul zmien l-iskola, niltaqghu ta` spiss minhabba l-fatt
illi c-centru jista` jservi ta` tfixkil.
Ic-centru ma nixtiequx iservi
ta` pjazza ohra u dan mhux l-ghan tac-centru tal-parrocca taghna.
Nixtieq nerga` ntenni, li matul is-sena skolastika l-laqghat ghall-adolexxenti u
zghazagh isiru biss darba fil-gimgha… jekk hemm xi adolexxenti/zghazagh
li qed jattendu xi mkien iehor u jghidu li jmorru c-centru nixtieq li
dawn l-ideat jigu iccarati. Minn naha l-ohra, fi zmien is-sajf niltaqghu
aktar ta` spiss, il-laqghat ta` formazzjoni jibqghu isiru darba f`gimgha,
imma nibdew niltaqghu aktar spiss ic-centru biex inhejju xi attivitajiet
flimkien li norganizzawhom minn zmien ghall-zmien tul vaganzi.
Nixtieq nawgura lil adolexxenti u zaghazagh li ghaddejjin minn zmien l-ezamijiet
li jmorru tajjeb u jkollhom success fir-rizultati taghhom kif jixtiequ
huma. Jiena minn naha tieghi nkompli nweghdhom is-sapport u talb tieghi.
Min jixtieq informazzjoni dwar ic-centru taghna u l-attivitajiet li
jsiru fih, niehu gost jekk jikkuntattjaw lili.
Nixtieq lil kulhadd
barka, sahha u sliem. Nitlob lil Ommna Marija, tkompli thares lil
familji taghna u lil adolexxenti/zghazgh taghna.
Fr. Norman Zammit, |