LUQA YOUTH CENTRE

Il- bidu

Kull progett jibda minn hsieb. Il-progett kien it-twaqqif ta cebtru taz-zghazagh f’Hal-Luqa u l-hsieb kien ta Fr Norman Zammit. Kien kwazi 3 snin ilu li Fr Norman beda jlaqqa core group ta zghazagh sabiex jigi mwaqqaf dan ic-centru f’Hal Luqa … l-LYC.

 

Ghaliex ?

Hal Luqa kellha bzonn centru fejn jiltaghu iz-zghazagh. Dan mhux biss kien jinhtieg ghax hemm hafna zghazagh, imam ghax kien hemm (u ghad hemm) hafna zghazagh b’kapacitajiet kbar … kapacitajiet li wiehed ghandu jgharaf, u wara, jizviluppa. U kien propju dan il-vojy li l-kumitat ipprova jimla. Ghalkemm qabel, kien hemm diversi gruppi ta zghazagh f’Hal Luqa, kolla kienu spiccaw tul iz-zmien. Ghalhekk l-LYC kellu sfidi kbar quddiemu - kif jghid l-Ingliz ... the important thing is not to start the ball rolling ... but to keep it rolling … Dan kollu kien fil-hsieb ta Fr Norman, kif issa taraw.

 

Kif ?

Kienu jsiru diversi laqghat kull gimgha sabiex jithejja l-istatut, jitfasslu l-laqghat u l-attivitajiet, isiru laqghat ma leaders ta’ gruppi ohra u lef haga ohra. Nistghu nghidu li l-mutur ta din l-lagna kien Fr Norman li barra l-impenji tieghu ta’ kuljum, kien isib hin li jiltaqgha mal-core group u jamilna partecipi fil-pjan tieghu.

Ghalkemm problemi kellna (u emmnuni x’hin nghidilkom ‘hafna’), nistghu nghidu li kliem Fr Norman kienu dejjem ‘Jekk hu l-pjan ta Alla li jkollna centru, IKOLLNA CENTRU’. Illum il-gurnata hemm madwar 25 zaghzagh jattendi …

Fr Norman Zammit

X’nistghu nghidu fuq Fr Norman ? Li hu habrieki ? cajtier ? perseveranti ? Nistghu nkomplu nsibu aggettivi sbieh sabiex niddeskrivu l-karattru tieghu. Imma forsi nisghu semplicement nigbru kollox f’kelma wahda ... kien zaghzugh. Iva – konna fortunati li kellna vici-kapillan ta 28 senali kellu ghal qalbu tant iz-zghazagh.

Ghalkemm mhux kull bidla iggib titjib, ma jista jkun hawn l-ebda titjib minghajr bidla. U ahna kburin li Hal Luqa kella lil Fr Norman li gab  din il-bidla.

 

Fr Norman – GRAZZI

Awtur: Ian Ellul B.Pharm (Hons)

 

 

Site Requirements:

Flash Player 6.0+ | Internet Explorer 5.0+

Best Viewed:

1152 by 864 pixels

 

 

 

Copyright © 2005-6 L.Y.C.
All rights reserved. Reproduction in whole or in part without permission is prohibited.
Design:
Virtual Designs