Mill-ftit esperjenza li ghandi permezz tal-prezenza u
l-hidma tieghi f’diversi parrocci, kemm bhala seminarista u issa bhala
sacerdot, kumment li jispikka f’kull parrocca huwa: “Father hudilna
hsieb iz-zghazagh.” Tisma’ diversi genituri u sahansitra nanniet,
li jesprimu din ix-xewqa.
Imma x’ghandkom daqshekk specjali biex iqanqlu interess min-nies ta’
kull eta’? U ghalfejn sacerdot ghandu jkun prezenti fostkom?
X’kontribut nista’ naghtikom?
Minn zmien ghal zmien, dawn il-mistoqsijiet igiegheluni nirrifletti, u
fir-riflessjonijiet tieghi skoprejt diversi fatturi li jien bhala
sacerdot zaghzugh u intom bhala adolexxenti u z-zghazagh ghandna komuni.
L-ewwelnett ta’ min isemmi t-tiftix: jien bhalkom infittex li nkompli
niskopri lili nnifsi, il-kwalitajiet u t-talenti tieghi, l-attitudnijiet
tajbin u hziena, l-istat u l-irwol tieghi, kif ukoll it-tiftix
ghall-verita’ u l-valuri li rrid inhaddan. Ghaldaqstant ikolli naghmel
l-esperjenza tad-dubji, biza’, mistoqsijiet, ragunar u argumentazzjoni
b’mod regolari. Kemm iz-zghazugh u kemm is-sacerdot jghaddu minn dawn
il-mumenti li jitolbu li jilqa’ id-diversi sfidi li l-hajja, specjalment
f’din l-eta’ toffri, u ghaldaqstant li jkun avventuruz u jwettaq
ghazliet u jkun responsabbli ghalihom.
Irridu jew ma rridux min xi hadd nigu nfluwenzati, u ghalhekk il-bzonn
tal-komunikazzjoni u l-hbieb li xi drabi jaghtuna daqqa t’id sew, u xi
drabi donnhom jittraskurawna, li xi drabi infittxuhom biex nifthu qalbna
u xi drabi nehduha xi ftit kontihom ghax forsi tellfuna l-fiducja li
npoggu fihom.
Zewg karatteristici importanti ohra huma l-kreattivita’ u l-mobilita’, u
mill-ftit li rajt fiz-zghazagh Luqin tidher sew - arti, muzika, teatru.
Xi nghidu ghal-lejla sajfija u d-diversi attivitajiet sajfin l-ohra?
Nittama li nibqghu hekk il-quddiem ukoll, anke f’attivitajiet spiritwali
bhalma dik a kellkom qabel!
Insomma nahseb
li dan kollu ghandu jwassalna biex nibnu relazzjoni tajba flimkien billi
niddjalogaw ma’ xulxin, naqsmu l-ideat taghna ma’ xulxin, niehdu
direzzjoni u nikbru fil-fidi tag]na flimkien. Dan kollu jwassalna biex
inkomplu niskopru lilna nfusna fid-dawl ta’ Kristu.
Fr David |