Il-qima lejn Sant Andrija Appostlu hija qawwija ħafna l-aktar f` Ħal
Luqa.Sant Andrija kien l-ewwel fost l-appostli kollha li marru wara Ġesu`
Kristu . Huwa kien prezenti ma` Ġesu` fit-tieg ta` Kana, u f ` bosta
mill-mirakli ta` l-ghaġeb. Kien dan l-appostlu li ressaq tifel li kellu
hames hobziet u zewg ħutiet lil Ġesu ` fil-miraklu tat-tkattir tal-ħobż.
Kif hafna jafu, Sant Andrija ħa l-martirju permezz tat-tislib, hu gie
msallab ma` salib li frieghi tieghu qeghdin diagonali mhux bhal kif
salbu lil Ġesu` .
IL-QIMA
LEJN SANT ANDRIJA F`HAL LIJA
Fir-raħal
ta` Ħal Lija insibu hafna kappelli li fi żmien kienu jintuzaw aktar
spiss milli jintuzaw llum. Fosthom insibu kappella ddedikata lil Sant
Andrija, li tinstab fil-qalba tar-rahal. Din għandha storja kbira ghax
kienet il-knisja ewlenija sa minn qabel ma` Ħal Lija ġie ddikjarat
parroċċa. Din il-knisja kienet minn dejjem il-knisja principal
tal-lokalita msemmija. Għalkemm Ħal Lija ma kienx parroċċa, il-kappillan
ta` Birkirkara ta` dak iż-zmien kien imur jamministra s-sagramenti f
`din il-knisja lill-poplu ta` Ħal Lija. Il-kappillan kien jghammed it-trabi,
jiccelebra ir-rit taż-żwieg u anke` kienu jsiru il- funerali f `din
il-knisja. F` din il-knisja twaqqfu tlett fratellanzi u dawn ghadhom
jiehdu sehem bl-akbar solennita` fil-purcissjonijiet li jsiru f` Ħal
Lija. Imma fis-6 ta` Frar 1594 fuq talba min-nies tar-raħal, l-isqof ta`
Malta, Tommaso Gargallo, ħareg digriet biex Ħal Lija jitwaqqaf bħala
parrocca għalih. Il-knisja maghżula ma kinitx dik ta` Sant Andrija imma
intghazlet dik tas-Salvatur il-Qadim peress li kienet ikbar ħafna.
Minkejja li Ħal Lija sar parrocca, l-funzjonijiet fil-knisja ta` Sant
Andrija xorta baqghu jsiru fiha, tant li baqghet popolari man-nies tar-raħal.
Kien ghalhekk li fl-1624 kienet giet mibnija mill-gdid kif narawha llum.
Kienet thallset mill- flus li kienu ngabru mill-poplu ta` Ħal Lija. Wara
li kien ghadda ħafna zmien xi nies waqfu ghaqda muzikali u semmuha ghal
dan l-appostlu popolari.
|
 |
|
L-QIMA
LEJN SANT ANDRIJA F` BORMLA
Il-qima
lejn Sant Andrija f` Bormla ilha teżisti mill-bidu tal-parrocca. Żgur
li l-ewwel nies ta` Bormla kienu sajjieda, ghax il-baħar qabel ma nbiet
it-tarzna kien jibqa` diehel sa pjazza Gavino Gulia. L-ewwel Bormlizi
kienu jaqulgħu l-għajxien tagħhom mill-bahar u ma jonqosx għalhekk li ma
kellhomx qima specjali lejn Sant Andrija patrun tas-sajjieda.
Fil-parrocca ddetikata lil Kuncizzjoni insibu kwadru ta` Sant Andrija
ta` Francesco Żahra. Fis-suq il-qadim ta` Bormla kien hemm statwa kbira
tal-gebel imma sfortunament tfarket fl-ahhar gwerra . Illum il-ġurnata
hemm triq imsemmija ghal dan il-qaddis popolari. Il-fratellanza tieghu
giet imwaqqfa kanonikament mill-isqof Mattei fl-20 ta` Novembru. Imma l-isbah
teżor li ghandha il-fratellanza, hija l-istatwa ta` Sant Andrija, xogħol
fl-injam mill-isbaħ ta` l-iskultur Bormliż Salvu Psaila. Maż-żmien id-devozzjoni
lejn dan l-qaddis bdiet tonqos peress Bormla minn xatt tas-sajjieda,
saret belt industrijali, tant li festa ma saritx iżjed. Wara l-ahhar
gwerra l-istatwa giet irrestawrata mill-induratur Wenzu Gatt tal-Birgu.
Fis-sena 1991 l-istatwa tpoggiet fis-sagristija tal-kollegjata, fin-nicca
li qabel kellha l-kuncizzjoni. Illum il-festa m`għadiex issir bħal qabel
imma b` quddiesa kantata u b` omelija fit-30 ta` Novembru fil-festa ta`
dan il-qaddis.
|
 |
|
Il-qima
tal-appostlu insibuha f` ħafna postijiet oħra, fosthom l-istatwa li hemm
fil-pjazza ta` Marsaxlokk mahduma minn Vinċenzo Dimech fil-ġebel fl-1791
u ohra fil-bajja tax-Xlendi fil-gżira t` Għawdex . Minn barra dawn l-istatwi
u knejjes nsibu numru kbir ieħor ta` nicec, pitturi mxerrdin mal-gżejjer
Maltin specjalment ġewwa raħal ta` Ħal Luqa fejn dan l-appostlu hu l-patrun
tagħhom . VIVA SANT ANDRIJA !!!!
Biblografija:
Il-Qima lejn Sant Andrija f `Bormla – Kan.Prof.Joseph Bonello (Programm
tal-festa tal-Kuncizzjoni 1992)
Ritratti: Ir-ritratt ewlieni ta` Sant`Andrija gie mehud minn fuq il-website
tal-Banda Unjoni A.D 1880. L-arma giet mill-awtur tal-artiklu.
Awtur:
Andre` Farrugia
|