Nhossni ferm kuntent nikteb dan l-artiklu propjament tlett snin wara
twaqqif ta’ l-ghaqda taz-zghazagh. B’sincerita nistqarr li meta bdejna
dan il-progett ferm ambizzjuz ma tantx kont ottimist fil-bidu tieghu.
Kienet sfida ferm iebsa u qawwija,
la darba konna nafu li rridu nibnu struttura ta’ ghaqda mill-padamenti.
F’ dawn il-mumenti zgur ma nistax niftakarx f’dawk il-laqghat
fil-maghluq li kienu saru matul l-istagun tas-Sajf. Il-laqghat li saru
matul is-sajf tal-2003 gew diskussi diversi suggetti izda l-iktar zewg
punti li kienu fuq fomm il-grupp kienu l-istatut li eventwalment
issarraf fl-istruttura tal-kumitat u dhul ta’ zghazagh biex ikollna
centru daqshekk attiv.
Zgur li ma kienetx xi haga
facli biex ikun hemm qbil fuq l-istatut sakemm fl- 24 ta’ Settembru gie
approvat kompletament. Din id-data fissret it-twelied tal-Luqa Youth
Center gewwa Hal-Luqa wara astensjoni ta’ tmien snin vakum f’dak li
ghandu x’jaqsam gewwa l-parrocca taghna. Niftakar isu l-bierah meta
f’wahda l-kumitat gie mistieden is-sur Albert Debono li ghen biex
niddentifikaw x’kellu jsir biex jigu attirati numru taz-zghazagh. Ma
nonqosx li nsemmi il-laqghat regolari tal-kumitat li gieli kienu damu sa
nofs il-lejl. Ma dan iridu nzidu li l-membri tal-kumitat kienu kollha
studenti uhud minnhom gewwa l-universita`, sixth form u anke gewwa
l-iskola tas-sekondarja. Allura fid-dawl ta’ dan wiehed seta` japprezza
kemm kienet iebsa ghalina.
Fl-istadju preliminari ta’
dan il-progett il-flus zammuna lura li niehdu certu inizjattivi. Ezempju
minhom kien t-twaqqif ta’ website. Ghamilna diversi kuntatti izda l-flus
zammewna lura milli naghmlu dan. Ma nahsibx li nkun qieghed nikxef xejn
kunfidenzjali, li ghal ewwel disgha xhur tas-sena imxejna biz-zbilanc
fil-kontijiet tal-ghaqda. Element krucjali li zgur tellef ftit mil-mixja
taghna kien il-post fejn jiltaqaw iz-zghazagh. Il-kappella tal-Madonna
tal-Karmnu kienet l-ewwel post fejn bdejna niltaqaw. Fl-opinjoni tieghi
dan zgur ma kienx post fejn stajna nigbdu zghazagh. Dak iz-zmien
ic-centru parrokjali kien qieghed isservi ta’ skola. Il-kappillan
min-naha tieghu ghamel milli seta` sakemm tissolva din il-problema.
Fr. Norman min-naha tieghu kien jishaq ferm
fuq dak li jissejjah “Community Building”. Dan l-ezercizzju sar bl-iskop
li niffamiljarizaw ruha iktar ma’ xulxin. Kienet isir b’mod frekwenti li
nohorgu flimkien. Madankollu ir-rizultati ma jinkisbux mil-lum ghal
ghada izda kellhom jghaddu ammont ta’xhur biex tara l-frott mixtieq. L-LYC
bdiet isir iktar maghrufa man-nies u sa fl-ahhar bdiet tinxtered
il-kelma li gewwa Hal-Luqa hemm centru li jilqa` z-zghazagh. Xi kultant
il-pubblicita mhux facli biex takkwista.
F’ April tas-sena 2004 niftakar sew li l-ammont
taz-zghazagh kien zdid ghal wiehed sostenibli. Minn hemm il-kumitat beda
jharres mod iehor lejn l-operazzjonijiet tal-ghaqda. Ilkoll kemm ahna
irrejalizajna li success biex nkomplu nattiraw iktar zghazagh kien billi
nzidu l-attivitajiet li zghazagh zgur jiehdu pjacir bihom. Bizzejjed
nsemmi li dik is-sena saru bosta attivitajiet fosthom nighthike, l-ewwel
Lejla Sajfija, granet il-bahar, car wash u anke parties skond l-okkazzjoni
lit-tkun.
Ma nqasniex lanqas li jizdiedu xi membri
ohra fil-kumitat. L-andament fil-kumitat kien wiehed b’ritmu tajjeb.
Zgur li f’din il-fora ma naqsux il-kontroversji. Hija haga normali li
jigri hekk, wara kollox kull bniedem ghandu fehma. Kull minn dahal
fil-kumitat nippreparawh sew li jkun lest ghal kull eventwalita`. Mill-esperjenza
hemm mumenti fejn tiehu pjacir li tikseb rizultati positivi izda kellna
mumenti fejn decizjonijiet iebsien kellhom jittiehdu ukoll. Gol kumitat
taghna tezisti kultura tal-kompromessi. F’hafna mill-punti li jigu
diskussi jkun hemm qbil unaminmu. Pero dan mhux dejjem jigri. Meta jigri
dan nippruvaw nsibu triq tan-nofs, billi nsibu kompromess xieraq halli
kulhadd ikun kuntent.
Is-sena l-ohra kellna qabza fil-kwalita`.
Diversi progetti gew imneddija. Nibda’ billi nsemmi l-ghoti ta’ post
gdid fejn jiltaqaw iz-zghazagh. Il-progett kien jinvolvi diversi
diffikultajiet. Irid nfakkar li l-post fejn jiltaqaw iz-zghazagh kien
qieghed isservi ta’ skola ghal erbgha snin konsekutivi. L-istat tal-post
kif sibnieh zgur ma kien jawgura xejn ghal futur. Kien hemm konsensus
qawwi kemm min naha tal-kappillan kif ukoll min naha taghna li l-post
jigi rijabilitat. Ix-xoghol ta’ zebgha beda ghal bidu ta’ Settembru.
Mhux biss izda ridna li jkun hemm tindief xieraq ghal hmieg li thalla
ghal diversi snin. Filfatt wahda mill-porblemi li kellna kienet x’ser
naghmlu bl-ammont kbir ta’ hmieg. Fil-post il-gdid ghadu ghaddejj xi
xoghol izda nistghu nghidu li dan kwazi lest. Tul dan il-progett sibna
inkwadru mirdum taht munzell affarijiet li ghandu l-fuq minn mija u
sitta u ghoxrin sena ta’ storja
Progett iehor li kien esenzjali ferm ghal
pubblicita` tal-grupp kienet il-website. L-ewwel website tal-Luqa Youth
Center bl-isem www.lyc.7h.com kienet ilha on-line madwar tlett xhur wara
li Leanne Ellul hadet l-inizjattiva li ttellgha website. F’Settembru ta’
sena ilu ittiehdet id-decizjoni biex l-website tigi upgraded ghal livell
iktar professjonali. Alan Darmanin kien intaghzel bhala l-webmaster ghal
dan il-progett. Id-disinn ta’ din il-website gie mibdul diveri drabi
sakemm ilhaqna il-livell tant mistenni. Il-website taghna ghandha numru
ta’ vizitaturi. Bejn wiehed u iehor il-website ghandha madwar 30/ 40
vizitatut kuljum. Fil-jiem li gejjien ser inkunu qed nippublikaw l-istatistika
ufficjali tal-vizitaturi tal-website
www.luqayouthcenter.org .
Din is-sena
Is-sena 2006 fisret pass ta’ ggant
il-quddiem. Ghal din is-sena l-attivitajiet qabzu livell record
specjalment fix-xhur tas-sajf. Ma nistax ma nsemmiex
is-success grandjuz tal- Lejla Maltija 2006. Gimgha biss wara l-festa
ltqajna b’mod kollettiv biex tigi deciza data definitiva. Kienet
maghzula it-tmintax ta’ Awissu. F’xahar u nofs ta’ hidma kontinwa
ittelghet din l-attivita`. Ghal din is-sena il-kunsill lokali ta’
Hal-Luqa laqgha it-talba taghna biex titellgha bil-kollaborazzjoni
tal-kunsill ukoll. Irid personalment niehu l-opportunita` biex
nirringrazzja lil kulhadd specjalment lil grupp leaders tal-varjeta`
Antonella Attard, u Maria Mizzi u lil leaders tal-grupp tal-ikel u xorb
Sharon Attard u Elaine Mizzi li hadmu mieghi biex l-attivita` tilhaq
l-asspetativi tan-nies.
It-tluq ta’ Fr.Norman kienet hasda lil kull
zghazugh. Dan kien l-mohh wara l-hsieb li tigi mwaqqfa’ ghaqda
taz-zghazagh. F’isem il-grupp nawguralawlu kull success ghal-hatra l-gdida
tieghu. L-akkwist ta’ Fr. David bhala d-Direttur spiritwali huwa ta’
importanza kbira ghaz-zghazagh. Iv-vici l-gdid jawgura tajjeb ghal futur.
Apparti mill-karattru ferriehi tieghu, Fr.David ghandu biss 27 sena.
B’hekk jista` verament jifhem liz-zghazagh. Min-naha taghna nawguralu
kull success.
B’sforz kollettiv irnexxielna nsahhu l-bazi finanzjarja, li hija aspett
krucjali f’kull ghaqda. La darba gibna rizulatati finanzjarji tajbin
issa jmiss li dawn jintnefqu fuq il-priporitajiet li hemm quddiemna.
Uhud minn dawn il-flus diga intnefqu fuq strobe light ghad-discos li ser
ikollna fil-futur. Ricentament htarna lil Christian Cauchi biex jiehu
hsieb ix-xiri ta’ table soccer. LYC qed tharres lejn progett ambizjuz li
ghalissa ma nistghux nohorguh ghal pubbliku. Ghal dan
il-progett gie mahtur Daniel Cauchi li ma ghandiex dubju li ser juri
l-kapacita` tieghu f’dan ir-rigward. Jidher li hemm movement
qawwi biex fil-kumitat jiddahlu nies godda. Ghalkemm dan il-process ser
jiehu naqra taz-zmien konvint li kulhadd jifhem il-htiega ta’ nies godda.
Dawn is-successi gibnihom biss, bis-sforzi kollettivi li ghamilna tul
dan l-ahhar tlett snin. Jekk dan l-isforz kollettiv jintilef u kulhadd
jahdem ghalih inkunu qeghdin naghmlu triq ghal faliment. Jalla dan is-sens
ta’ grupp li haddana dawn l-ahhar tlett snin ikompli ghaddej fil-futur.
Awtur: James Aquilina B.Com |