Ix-Xelter Ta' Triq Il-Karmnu

 

Fit-Triq il-Karmnu bhalissa ghaddejj xoghol ta' bini mill-gdid tat-toroq. Bhal ma hafna drabi jigri huwa li waqt ix-xoghol ta' skavar x'aktarx jibdew jinqalghu partijiet mill-istorja. Filfatt hekk kien f'dan il-kaz ukoll. Jidher fic-car li ftit metri il-boghod minn Sant' Andrija li hemm f'din it-triq infethet parti zghira hafna minn dan ix-xelter. Il-kapitelli ta' dan ix-xelter huma parti mill-bankina. Kif dejjem ghamilna jien u siehbi Alan pruvajna nuru il-patrimonju midfun taht l-art li sfurtanatament mhux possibli naccessawh. Ghalkemm ma kienx xejn facli biex minn toqba verament zghira, xorta inrnexilna li nigbdu l-ewwel imagini tal-bokka ta' wiehed mit-tlett xeltrijiet ta' dan ix-xelter bis-sogru li taqa' il-kamea ghal isfel!! L-appell tieghi lil dawk kollha koncernati huwa li ta' l-anqas dawk jittiehdu ritratti ghal dokumentazzjoni xierqa ta' dawn ix-xeltijiet li huwa possibli iktar minn qatt qabel li jinfethu. Iridu nfakkru li ix-xelter li hemm ezatt quddiem il-kappella tal- Ftajjar huwa l-ikbar wiehed fir-rahal taghna fejn fih kienu jistkennu 203 ragel u mara u 108 tfal. Nispera li dan l-appell sincier ma jaqax fuq widnejn it-torox!!
 

Awtur: James Aquilina

 

 

Site Requirements:

Flash Player 6.0+ | Internet Explorer 5.0+

Best Viewed:

1152 by 864 pixels

 

 

 

Copyright © 2005-6 L.Y.C.
All rights reserved. Reproduction in whole or in part without permission is prohibited.
Design:
Virtual Designs