Din hi l-ispjegazzjoni tal-logo tal-Luqa Youth Centre [LYC]:

   

L= Tindika Direzzjoni li fiz-zghozija tfisser ukoll li wiehed qed jikber u allura l-maturita’. Infatti l-kulur taghha, blu fl-ahdar, ghandu it-tifsira kemm ta’ l-Gherf u tal-Verita’  Eterna – il-Kelma ta’ Alla – (rifless fil-lewn blu), kif ukoll tal-bini u t-tigdid tal-kuxjenza (muri bil-lewn kemmxejn hadrani).

Y= F’forma ta' Figura Umana b'idejha 'l fuq tissimbolegga mhux biss il-ferh u l-energija taz-zghozija imma wkoll it-talb: l-idejn 'il fuq simbolu tas-supplika u t-tifhir. Il-lewn isfar, miksur bi ftit orangjo, lewn li jaghti idea anke tan-nar, ikompli jishaq dan ghax jissinjifika anke l-hegga u l-ghaqda tal-persuna shiha, gisem u ruh, ma’ Alla.

C= Ghandha l-lewn hamrani ghax mhux biss tfisser il-passjonijiet u l-emozzjonijiet imma wkoll r-relazzjonijiet u l-imhabba lejn xulxin u lejn Alla.  Sahansitra tfisser ukoll l-imhabba t’Alla nnifsu. Jishaq dan l-aspett ghandna wkoll il-forma tal-Qalb li tinsab fl-ispazju intern ta’ bejn ic-C u s-Salib li hu mwahhad maghha, li jissimbolegga kemm l-ghuda tas-salib ta’ Kristu, kif ukoll dak ta’ l-ewwel dixxiplu msejjah minnu, Sant’ Andrija, li lilu l-parrocca taghna hi ddedikata.  

Meta maghqudin flimkien l-ittri jiffurmaw forma ta' huta, simbolu mhux biss ta' Sant' Andrija - prottettur tas-sajjieda - imma pjuttost simbolu ta' Kristu nnifsu (‘Iktus’ li bil-Grieg tfisser ‘huta’ imma ghall-ewlenin insara kienet anagramma li tfisser ‘Gesu’ Kristu Bin Alla l-Feddej’) kif ukoll ta’ l-insara tal-bidu, persuni li semghu l-kelma ta' Alla, kibru fiha u permezz taghha, u b'hekk skoprew aktar lilhom infushom, lil persuni ta' madwarhom u l-hajjithom kollha kemm hi fid-dawl ta' Alla.   

Aqdef 'il barra fil-fond . . .Il-Motto mehud mill-Evangelju ta' San Luqa 5,4: ‘Aqdef ‘il barra fil-fond ...’ ma jirriflettix ghajr l-istedina tal-Mulej Gesu’ biex bhala Centru taz-Zghazagh jidhol ghal sfidi u avventuri godda f’kull qasam tal-hajja u jiehu kull opportunita’ biex jikber u jimmatura aktar spiritwalment fil-Knisja, il-familja ta’ Alla.

 

 

 

Site Requirements:

Flash Player 6.0+ | Internet Explorer 5.0+

Best Viewed:

1152 by 864 pixels

 

 

 

Copyright © 2005-6 L.Y.C.
All rights reserved. Reproduction in whole or in part without permission is prohibited.
Design:
Virtual Designs