L-Intervent tal-Bniedem fil -Kampanja Maltija.

INTRODUZZJONI.

Meta tmur timxi fil kampanja Maltija tinghota hafna affarjiet xi girna xi dura jew xi razzet antik. il kampanja maltia  mijix bis-sigar blat jew haxix. Imma  bini li is-sebah il kampanja Maltia dan ix-xoghol kollu gie ivintat mill Maltin b’sena kbira ta bini. Mill-qedem il malti kien juri il bravurita tijaw fis-sena tal gebel. Il-kampanja Maltia qeda hemm biex ikun jista igawdija kulhadd kemm il Maltin kif ukoll it-turisti li jigu ataposta biex jaraw din is-sbuhija ta` kampanja li din l-art ghandha.

Il-Girna

Il-girna hija kamra fejn fiha tista’ tahzen l-affarijiet bhal meta xi bidwi jahzen l-ghodda tieghu. Il-girna tista’ tkun post fejn tisken mix-xita jew mix-xemx jew inkella biex tistrieh. Din il-binja hija mibnija bil-gebel zghir perezempju bhal gebel tal-hajt tas-sejjieh. Din kienet tikkonsisti f’kamra zghira jew kemm trida int kbira. Din kienet tkun mibnija f’hafna forom bhal ezempju tonda jew kwadra. Is-saqaf taghha gieli kienet tkun speci ta’ kopla jew inkella gebla kbira skont kif ried jibnija is-sid. Din kienet tkun mibnija b’ tul ta 3.1m u wisgha ta’ 4.1m. Il-hajt kien ikun mibni bil-wisgha ta’ metru. Kien ikun gebel mimli bil-mazkan u 0.15m faxx ta’ gebel li kienet tkun imdawra mad-dawra ta’ barra u kienu jghidulha mramma. Il-girna ghanda bieb li l-gholi tieghu dejjem ivvarja skont ghal xix il-girna kienet ser tintuza. Il-bieb dejjem kien jinbena fin- naha ta’ lvant tal-kamra. Din il-kamra kien ikollha madwar zewg jew tlett twieqi zghar specI ta’ kanal li kienu wisghin madwar 0.24m. Peress li l-hajt li kien inbena kien ikun ta’ periklu kbir li kieku kont tibnih dritt, allura kienu jibnuh imejjel biex is-serah fuqu innifsu u ghalhekk kienu jiifurmaw dawn it-twieqi jew kannali zghar. Dawn wara kienu jew jimtlew bil-gebel zghir jew ihaluhom miftuhin ghaz-ziffa. Il-bibien mhux dejjem il-blata taghhom kienet tkun l-istess. certu biebin kienu jkunu fihom arkata zghira, xi ohrajn gebla minduda etc. Il-gebel il-kbir kien jinbena fuq barra biex jghati iktar sahha il-hajt u jekk il-girna kienet kwadra  l-ikbar gebel li kien isib il-bennej kien jaghmlu mal-kantuniera tal-girna. Biex tibni girna irid ikollok sena ta bini tajba.

L-iktar li issib giren gewwa Malta hu fin-naha tal-punent u it-tramuntana. Hasra li dawn it-tip ta bini m’ghadomx qed jinbnew hafna jew inkella qed jigu ivvandalizati ghax li kieku il-kampanja tigi isbah b’dan it-tip ta bini.

 

WAHDA MILL- GIREN LI TINSAB SELMUN.

  

GIRNA OHRA LI TINSAB F’SELMUN

Ir-Razzet Malti

Origini tar-razzet Malti hi Gharbija. Dan peress li r-razzet ghandu is-saqaf tieghu ċatt. Fil-bidu tar-razzet kien ikun hemm ir-remissa. Din kienet speci ta’ garaxx fejn il-bidwi kien jaghmel il-karettun tieghu. Qabel ma kienetx tissejjah remissa imma kienet tissejjah siqfa. Imbghad kont tohrog go bitha kbira. Il-bitha kienet l-iktar post attiv tar-razzet kollu. Fil-bitha il-bidwi kien jarma u jzarma il-bhima waqt li il-mara kienet tahsel il-hwejjeg jew issajar l-ikel. Gol-bitha kienu jizirghu xi sigar tal-lumi jew tal-laring. Dawn is sigar kienu ukoll kenn mir-rih. Kienu ihawlu wkoll xi dielja biex tilqa mill-qilla tax-xemx. Mill-bitha kont tista’ jkollok access ghal kull kamra tar-razzet. gol-bitha kien ikun hemm tarag li kien itellak gos-setah. Dan kien ikun bejt zghir fejn il-mara tad-dar setghet tonxor il-hwejjeg taghha. Minn gos-setah kont tista’ tmur ghal go ghorfa. Din kienet kamra b’saqaf gholi. Din il-kamra kienet tintuza biex jahznu is-silla etc. Is-saqaf tal- ghorfa kien ikun bejt ukoll biex titla’ ghal fuq il-kamra. Kien ikun hemm xorok imdahlin gol-hajt speci ta’ tarag. Il-kmamar t’isfel kienu jisejhu dwejra. Dawn kienu kmamar li fihom kien ikolhom xi sodda tar-ram, xi mejda b’zewg siggijiet u xi senduq. Dawn il kmamar kienu jinzamu puliti f’kaz li jithol xi hadd importanti. Kont issib ukoll xi witet. Dawn kienu ikunu kunjardi mdahlin fil-hajt, nofshom gewwa u nofshom barra. Kienu jdendlu maghhom xi bazakk jew xi kappel. Il-bhejjem kienu jkunu gol-maqjel waqt li tigieg u papri etc. kienu jaqtawlhom bicca gol-bitha. Kien ikun hemm ukoll xi cint jew xi hajt li fih kien ikollu hafna toqob imhafrin biex ikunu jistghu ibejtu il-hamiem go fih. Kien ikun hemm il-marbat. Dan kien kantun li kien ikollu toqba kbira imhafra biex torbot il bhima tieghek mieghu. Kien ikun hemm ghassa, gebla mal kantuniera biex jekk jghaddi xi karettun ma kienx jobroxlu il-kantuniera.

 

   

 

L-ghorfa tar-razzet

 

 

Pjanta ta Razzet.

Wagda mid-dwejr ta razzet

 

Il-binji tar-razzet.

Nicec

hafna minn dawn in-nicec kienu ikun go xi kantuniera ta’ xi dar jew ta’ xi triq. Jistghu jkunu qeghdin fuq xi monument.

Hemm nicec li ma jkunx b’dik il-fetha gol-hajt bhal li hemm fi Triq il-Karmnu Hal Luqa. Din in-nicca hija fuq stil barokk u hija twila madwar zewg sulari. Taht din l-istatwa hemm miktub “ fl-1878 l-isqof Carmelo Scicluna kien ta indulgenzi lil kull min jitlob quddiema. Nicca ohra bhal dik ta’ Hal Luqa insibuha wkoll fl-Isla. Din in-nicca hija dedikata lil San Mikiel. Din in-nicca qed tiraprezenta lil San Mikel b’xabla f’idu u lix-xitan taht saqajh. Bhal l-ohra insibhu li ghanda dettalji ferm sbieh.

Dawk in-nicec li jkunu imdefsin nofshom gol-hajt ikollhom skultura ferm sabiha bhal dik li hemm fil-Marsa li hija dedikata il Gesu` Nazzarenu. Inkella bhal dik in-nicca ta’ San Guzepp fiz-Zejtun. Hafna mill-istatwi li naraw li jkolhom xi forma ta’ salib li tirraprezenta ir-religjon nisranija u anke` jkolhom xi kitba tahthom biex juru meta gew mibnija u imberkin. Huma l-irhula l-qodma li l-iktar ikun hemm nicec fihom bhal Hal Qormi, iz-|ejtun, iz-Zurrieq, Haz- Zebbug, ir-Rabat u s-Siggiewi. Ma nsibuhomx god-djar u toroq biss imma anke go pjazez, sqaqien jew fil-kampanja.

Hafna minn dawn in-nicec gew imwaqfa minhabba il-qima ghal dak il- qaddis jew qaddisa kif ukoll il-patrun tal-belt jew rahal. Hemm tlett kategoriji ta’ statwi. L-ewwel wahda hija l-istatwi maghmula minn xi dilettant. It-tieni, statwi li ghandhom skultura artistika u it-tielet wahda hija statwi li l-awtur taghhom hu maghruf hafna. Dawn in-nicec ghandhom rabta mall-passat. In-nicec ukoll isebhu it-toroq u id- djar ta’ gziritna. B’ dawn in-nicec nuru li ahna il-maltin ghandna potenzjal kbir arktetoniku kif ukoll reli[juz. Dawn l-istatwi juruna il-vera identita ta’ Malta u Ghawdex.

 

IN-NICCA TA’ SAN ANDRIJA HAL-LUQA.

 

 

LAPIDA TA’ NICCA TA SANT ANDRIJA.

 

 

IN-NICCA TA’ SAN GUZEPP FIZ-ZEJTUN.

 

 

IN-NICCA TA’ L-IMMAKULATA KUNCIZZJONI F’BORMLA.

 

Id-Dura 

Id-dura hija kamra zghira fejn il kaccatur jew in-nasab imur ghall-kacca. Quddiem din il-kamra kienet tinbena wkoll kamra imma din id-darba nofsha u tigi mibnija bil gebel tas-sejjieh. In-nassab kien ikollu is-saqaf fuq din il-kamra waqt li tal-kaccatur ma kienx ikollu biex ikun jista’ idur ahjar. Il-kaccatur jekk kien ikollu ghalqa kbira kien jghamel zewg duri, wahda tar-rih fuq u ohra ta rih isfel peress li l-ghasfar jigu skond id-direzjoni tar-rih. Ghalek id-dura kient zewg kmamar flimkien. Fuq il-kamra ta’ barra kien ikun hemm in-nassab jew il-kaccatur waqt li fuq ta’ gewwa kinet biex ipoggi il-gabjuni jew biex jghamel bella tea. Jekk kien jaghmel xi perjodu twil hemm hekk kien ikollu sodda u anke xi gradilja biex jixwi xi bicca hobz. Ikollu wkoll xi mejda zghira u anke xi lampa wkoll. Fil-kamra ta’ barra kien ikun hemm il vaza. Din hija gebla fejn kien jorbot magha il karament habel biex jigbed lix-xbiek tieghu. Fuq il vaza joqghod ukoll in-nassab u ma genbu kien ikollu bank ta’ xirek biex ikun jista’ joqghod persuna ohra fuqu. Ghandu ukoll xkaffa zghira ta l-injam biex ipoggi xi tazza te jew xi radju. Ghandu wkoll lenzi tal-goggi. Injam twil li mahom jorbot ghasfur biex meta tkun gejja il-kacca  jigbed il-lenza tal- goggi u l-ghasfur joghla imma ma jahrabx ghax ikun marbut ma l-injama u l-ghasafar jahsbu li hemm l-ghasfar u ghalek inzlu fejn in-nassab. Il-kaccatur ma kienx ikollu il-vaza, karament u il- goggi imma kien ikollu is-senter hdejh. Id-dura minn dejjem kienet tinbena u qabel kienu joqghodu granet shah. L-iktar li ssib duri go Malta hu man-naha ta l-irdumijit. Peress li ma ghadiex tigi hafna kacca lejn Malta dawn id-duri ma ghadhomx jinbnew hafna u qed jinqatghu  minn fuq il-gzira.

 

 

DURA TAL-KACCATUR.

 

 

ID-DURA MINN GEWWA.

 

 

ID-DURA TA NASAB.

 

ID-DURA MINN GEWWA.

IL-Kappelli Maltin

 

F’Malta hawn gafna kapelli imferxin mal-bliet u l-irgula. Dawn il-kappelli kienu isservu biex in-nies tkun tista’ titlob lil Alla. Qabel ma kienx hawn hafna flus ghalek kienu jibnu knejjes zghar. Kienu kappelli zghar u semplici u ma kienux jiehdu amont kbir ta’nies. F’kappella stajt isib artal zghir. Xi hewg gandlieri mal-gnub, tabernaklu u bla dubju linkwatru tal-patrun jew patruna ta dik il kapella. Kont stajt isib ukoll xi bokka ta xi xelter li kienu ihafru missirjietna fil gwerra. Wahda mill-kapelli li ghanda xelter magha hija dik tal-Madonna tal-Ftajjar li tinsab fil-lokalita ta’ Hal Luqa. Din il-kapella ghandha xelter kbir li il-bokka tieghu  tinsab hdejn il- kapella. Din kient inbniet fis-seklu 15. Isemmiet tal-ftajjar ghax Dun Simone Bonnici wara li kien jaghmel il-festa kien iqassam xi ftajjar lill-foqra.

 

Hawn kapelli li llum il-gurnata m’ ghadhomx jezistu minhabba li kellhom jitwaqaw biex inbnew xi toroq etc. Wahda minhom hija il-Kappella tal-Karmnu. Din il-kapella inbniet fl-1784 u kienet idedikata lill-Madonna tal-Karmnu. Din il-kapella imma kellha titwaqa` biex minflokha  tinbenha kapella ohra. It-tieni kapella tlestit fl-1830  fis-27 ta Dicembru kienet giet imbierka mill-Arcidjaknu tal-Katidral Mons Salvu Lorenzo. Din kienet tinsab fit-tarf tar-rahal il lum il gurnata hemm ir-runway. Imma wara 100 sena tat-twaqqif taghha din il kapella kellha tigi imwaqqa peres li minflokha kellha tigi mibnija ir-runway. Il-gvern Ingliz kien offra kumpens ta’flus lil Luqin. Dawn il-flus kienu intuzaw biex jinbena centru parrokkjali  kapella id-dedikata lil Madonna tal-Karmnu.

 

Il post fejn kinet mibnija il kapella tal-Madonna tal-Karmnu

Ħal Luqa.

 

Dan huwa ritratt maħud minn satelita li qed juri il kapella

tal-Madonna tal-Karmnu Ħal Luqa Fejn kinet mibnija.

 

IL-KAPELLA TAL-MADONNA TAL-FTAJJAR. (Source website parrojkali)

  

IL-KAPELLA TAL-MADONNA TAL-VITORJA (Source: website parrokjali)

Awtur: Francois Cini

Referenzi:

The Maltese Girna.
Qeghda fil-Ponta ta’ Lsieni
Guzi Gatt.
Nicec u Statwi fit-toroq Maltin
Tony Terribile.
Programm tal-Festa Titulari 2007
Soc. Fil.Unjoni.
Dipartiment ta’ l-Informazzjoni
Malta.

 

Siti Elettronici:

www.freewebs.com/knisjaparrokkjali_luqa

www.googleearth.com

www.gov.mt

www.freewebs.com/maltaandgozo

 

Hajr:

Familja Bartolo.

James Aqulina (B. Com)

Peter Cini.

 

 

 

 

 

Site Requirements:

Flash Player 6.0+ | Internet Explorer 5.0+

Best Viewed:

1152 by 864 pixels

 

 

 

Copyright © 2005-6 L.Y.C.
All rights reserved. Reproduction in whole or in part without permission is prohibited.
Design:
Virtual Designs