Ready, Steady, Go
…
Ejjew nigru b’kemm ghandna sahha ....
Imma
ghaliex? Ghalfejn? U fejn? F’liema direzzjoni?
Tridu r-risposti?
Araw
Gw 20:1-23
(Nistedinkom
taqrawha shiha)
Kien l-ewwel
jum tal-gimgha, filghodu kmieni kif kien ghadu d-dlam u Marija ta’ Magdala
giet hdejn il-qabar u rat il-blata mnehhija mill-qabar. Ghalhekk telqet
TIGRI ghal ghand Xmun Pietru u ghand id-dixxiplu l-iehor li kien ihobb
Gesu’ ... Pietru u
d-dixxiplu l-iehor hargu u gew hdejn il-qabar. It-tnejn GREW
flimkien, imma d-dixxiplu l-iehor haffef aktar minn Pietru u lahaq qablu
hdejn il-qabar ... imma ma dahalx.
Mbaghad wasal warajh Xmun Pietru, dahal fil-qabar u ra ... Mbaghad, id-dixxiplu
l-iehor, li kien wasal l-ewwel hdejn il-qabar, dahal hu wkoll, ra, u emmen.
Mbaghad id-dixxipli regghu lura lejn shabhom.
Izda Marija
baqghet ’il barra tibki ... daret lura u rat lil Gesu’ wieqaf, izda ma
ntebhitx li kien Gesu’. Gesu’ qalilha: “Mara ghalfejn qieghda tibki?
Lil min qieghda tfittex?” ...
Gesu’ sejjhilha: “Marjam!” Hi daret u qaltlu bil-Lhudi: “Rabbuni!” jigifieri
“Mghallem” ... Marija ta’ Magdala marret ghand id-dixxipli u tathom l-ahbar:
“Rajt lil Mulej”, u qaltilhom x’qalilha.
Dak in-nhar filghaxija, ...gie Gesu’ u qaghad f’nofshom u qalilhom is-“Sliem
ghalikom!” Kif qal hekk uriehom idejh u genbu. Id-dixxipli ferrhu meta raw
lill-Mulej ... .
Rajtuha fejn qeghda l-GIRJA? U biex nghid id-dritt hemm iktar minn wahda:
b’mod dirett, ta’ l-anqas naraw 3 GIRJIET:
1.
Il-GIRJA ta’
Marija ta’ Magdala
–
Il-GIRJA kkaratterizzata minn HASDA
Fil-hajja taghna, anke bhala zghazagh, mhux l-ewwel darba li nkunu qed
nistennew mod u nsibu iehor. U filli nkunu xi ftit kalmi u f’daqqa wahda ma
nafux x’ma jinqalax: kif jghid il-Malti,
“Meta
tigi ifthilha l-bieb.” U filli nkunu ghadna kif qed nikkalmaw minn xi
sitwazzjoni jew attivita’ u ppreparajna ruhna sew sabiex issa naraw kif ser
inkomplu nghixu, u f’daqqa wahda nsibu ma’ wiccna xi realta’ gdida li
litteralment ma nafux kif naqbdu nirreagixxu ghaliha. ...
Insomma fi kliem iehor nispiccaw ninhasdu. U bhala effett il-HASDA jista’
jkollha dawn ir-reazzjonijiet:
(i)
l-iccassar
–
persuna tibqa’ ssummata u ma tafx x’taqbad tghid; jew
(ii)
ir-rabja
–
persuna tinfaqa’ f’rabja u ghajjat, jew fernezija; jew
(iii)
l-ghajnuna
–
persuna ma tafx x‘taqbad taghmel hlief tirrikorri ghand il-hbieb, ghand dawk
ta’ gewwa u tirrakkonta x’gara.
Marija ta’ Magdala rreagixxit b’dan l-ahhar mod. U nahseb huwa l-mod li
l-ahjar li nirreagixxu ghal hasdiet li niltaqghu maghhom f’hajjitna. Hija
titlaq TIGRI ghand id-dixxipli ta’ Kristu u tiftah qalbha maghhom. U dan
jurina s-sens tal-Grupp, is-sens tal-Knisja. L-ohrajn, qeghdin hemm anke
bhala support u ghajnuna.
§
Irridu li tkun tezisti
Fiducja bejnietna l-insara, specjalment bejnietna bhala grupp, anke
jekk forsi xi drabi id-difetti jispikkaw. Irridu nhallu l-Fiducja tikber
fina u fl-istess waqt tkabbarna.
§
U l-Fiducja, trid tkun imsiehba
mad-Direzzjoni. Tajjeb ninnutaw li fil-kuntest li Fih inkiteb
dan l-Evangelju, l-insara tal-bidu kellhom rispett lejn l-awtorita’ ta’
l-appostli, specjalment lejn Pietru, allavorja kien wiehed milli zbalja
bl-ikrah: cahdu ripetutament. Izda Marija tmur taghtihom l-ahbar u tara
l-mod ta’ kif ser jirreagixxu.
2.
Il-GIRJA ta’
Pietru
–
Il-GIRJA kkaratterizzata mid-DUBJU u mtaqqla bid-DNUB
Imma
kif Pietru jista’ jaghti direzzjoni meta hu stess kien bhal donnu mitluf,
mtaqqal bid-dnub u d-dubji? U ahna? Kif nistghu nkunu ta’ ghajnuna ghal
xulxin jekk bosta drabi inhossuna bhal Pietru?
§
Iva, hemm bzonn li bhalu u mieghu
nigru flimkien ma’ xi hadd li hu mahbub, u li din l-imhabba baqghet hemm
anke fil-mumenti difficcli, anke taht is-salib. Ghandna bzonn din
l-ghajnuna, din il-hbiberija sabiex ma naqtghux qalbna u
nieqfu. U anke jekk bhal donnu inhossuna inferjuri hdejn shabna, hdejn
haddiehor; anke jekk bhal Pietru naqghu xi ftit lura fil-pass taghna, ma
jimpurtax - ghax min hu mahbub u jirrifletti din l-imhabba lest li jifhimna
u jistenniena naslu magenbu. Hekk ghamel id-dixxiplu l-mahbub li haffef
aktar u wasal l-ewwel fejn il-qabar: ma dahalx imma stenna lil Pietru.
Il-hbieb ta’ veru hekk jaghmlu. Lesti li jaghdruna u jaghmlu minn kollox
biex jeghlbu kull ostaklu li jinqala’ fir-relazzjonijiet. Ghalhekk ejjew ma
naqtghux qalbna imma niehdu l-pass taghna fir-relazzjoni taghna mal-Mulej u
bejnietna. Ejjew dawk id-dubji u n-nuqqasijiet li jkollna, li ma jhalluniex
inlahhqu ma’ min forsi nkunu qed nimxu jew nigru mieghu f’hajjitna, ma
nhalluhomx ifixkluna.
§
U ma’ din il-hbiberija li tghinna
niehdu direzzjoni, tajjeb li naghmlu l-Verifikazzjoni
tal-fatti. Bhaz-zewg appostli hemm bzonn immorru bil-heffa sal-qabar vojt:
sa’ l-gheruq tar-realta’ li qed niffaccjaw. Mhux hekk biss imma bhal Pietru
rridu nidhlu fil-qabar u nezaminawh sew: irridu niehdu r-realta’ li qed
tezisti u nistudjawha sew. Nippruvaw naraw x’inhuma l-kawzi jew l-effetti
ta’ dawn id-dubji u r-rutini li qed nghixu u nitghallmu nistennew.
Ir-risposti u l-kjarifikazzjonijiet hafna drabi jigu ma’ l-esperjenza u
z-zmien.
3.
Il-GIRJA
tad-dixxiplu l-mahbub
–
Il-GIRJA ta’ MHABBA u FIDI
Izda
dan kollu jrid iwassalna biex f’hajjitna nkunu kapaci naghmlu l-Girja
tad-Dixxiplu l-Mahbub, li flimkien ma’ Pietru gera, haffef aktar minnu,
wasal l-ewwel, stennieh, imbaghad dahal warajh, ra u emmen. Tassew,
il-girja ta’ dan id-dixxiplu hija partikulari ghax hija kkaratterizzata minn
2 karatteristici importanti ghalina lkoll.
§
L-Imhabba: Il-hbiberija
ta’ bejnietna trid tkun hbiberija genwina u mhux hbiberija ta’ konvenjenza:
li nara x’jaqbilli u x’nista’ nakkwista minghand dak li jkun. Trid tkun
pjuttost hbiberija ibbazata’ fuq ir-rispett lejn id-dinjita’ ta’ kull
persuna, anke jekk forsi siehbi stess ma jafx jibza’ ghad-dinjita’ tieghu u
jaqa’ fil-baxx. Hemm bzonn li niehdu pacenzja b’xulxin. Ghax nghiduha kif
inhi: Min ma jghaddix mill-fazijiet tal-hasda, tad-dubju u tad-dnub li
jikkratterizzaw il-girjiet l-ohrajn? Ilkoll nghaddu minnhom imma lkoll
irridu li nimmiraw ghal prestazzjoni tajba f’din it-tip ta’ girja li qed
nitkellmu dwarha issa.
Ghax hija l-girja ta’ l-imhabba li taghder, thenn, tissaporti. U ghalhekk li
kellna nippreparaw ruhna sew ghaliha matul ir-Randan. Hija l-girja li fuq
kollox twassalna ghat-tieni aspett.
§
Il-Fidi: Id-dixxiplu l-mahbub ra, imma fuq kollox
emmen. Spjega xjentifika ta’ x’jigrilna ezatt f’hajjitna ma jkollniex
dejjem. Anzi, aktar le, milli iva. Minn banda ma nistghux nkunu mzazen, imma
mill-banda l-ohra lanqas nistghu nibqghu xettici. U din hija l-isfida
taz-zghozija u tal-bnedmin ta’ llum. Irridu naghmlu l-qabza tal-fidi. Hawn
tajjeb nistaqsu: imma x’emmen dan l-appostlu? Emmen il-kliem tal-mara?
Emmen li l-qabar kien vojt?
Issa li kien prezenti ma riedx
gherf biex dan jaccettahom. Ghalhekk, personalment, nasal biex nghid li
d-dixxiplu l-mahbub, ghax kien ghadu jhossu mahbub mill-Mulej - li fuq
is-salib fdalu lil ommu Marija b’ommu
–
emmen mhux li serqu lil Mulej imma pjuttost li l-Mulej kien qam tassew
mill-imwiet.
Kien hafif bizzejjed biex jasal jemmen dan qabel ma’ ltaqa’
ma’ Kristu nnifsu. U jalla allura l-Fidi taghna tkun wahda ta’ din it-tip:
twemmin u tama shiha fl-Iben ta’ Alla l-Haj li ma jafx ma jhobbx.
Gheziez hbieb,
hemm bzonn li f’hajjitna nitghallmu mhux biss nimxu, imma nigru dawn
il-girjiet specjalment l-ahhar wahda. U nemmen li dan bil-ghajnuna t’Alla u
b’kontroll sew fuqna nfusna
–
minghajr ma nhallu hsibijietna, lsienna, jew kitbietna jikkmandawna u jigru
bina –
kapaci lkoll naghmluh. Iva kapaci, mhux biss nimxu, imma nigru wkoll biex
nghixu l-laqgha personali taghna mieghu: isejhilna b’isimna, jurina l-pjagi
ta’ l-akbar imhabba
-
li tissaporti kull tbatija
-
u jaghtina s-sliem tieghu li tassew inissel il-ferh ta’ dejjem.
Ghalhekk waqt li nawgura gimgha tassew qaddisa u Ghid ta’ tigdid spiritwali,
specjalment lill-membri kollha ta’ LYC, ippermettuli insellmilkom bi Kristu
stess: “Il-paci maghkom”.
Fr
David Farrugia |